Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-użu tal-fondi Ewropej għall-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għan-nisa f’pajjiżna

PR230858
Date Icon 05/06/2023

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett flimkien mas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg indirizzaw seminar bit-titlu 'Women and EU Funds.' Is-seminar iffoka fuq l-irwol tan-nisa f'Malta mil-lenti tal-istatistika u dik tal-Istrateġija ta' Malta għall-Ugwaljanza fil-perjodu tal-programmi ta' fondi għall-2014-2020, filwaqt li ta l-opportunità lill-parteċipanti jiddiskutu dwar l-isfidi li jiffaċċjaw in-nisa fejn jidħlu applikazzjonijiet ta' fondi Ewropej.

Ingħatat ħarsa wkoll lejn l-opportunitajiet għall-perjodu ta' finanzjament mill-fondi Ewropej għall-2021-2027 b'enfasi fuq il-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+) u s-servizzi li jeżistu u li jiffaċilitaw l-aċċess għall-fondi minn dan il-programm.

Fid-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett irrikonoxxa l-ħidma tan-nisa tul is-snin. Qal li f'pajjiżna saru avvanzi kbar fl-aħħar deċennju iżda fadal ħafna xi jsir biex jinħolqu aktar opportunitajiet u ħadd ma jaqa' lura.

“Minkejja l-progress, in-nisa għadhom jiffaċċjaw żvantaġġi u diskriminazzjoni maħluqa mill-isterjotipi tal-irwoli tal-irġiel u n-nisa fil-kultura Maltija, u għalhekk dan il-gvern qed jaħdem biex anke bl-għajnuna ta' fondi Ewropej din il-kultura tinbidel," tenna s-Segretarju Parlamentari Bonett.

Huwa fakkar kif f'Jannar li għadda, meta tnieda l-pakkett il-ġdid ta' fondi tal-UE, huwa kien saħaq li l-fondi Ewropej iridu jintużaw biex ħadd ma jkun f'pożizzjoni ta' żvantaġġ, b'mod partikolari fl-inugwaljanza bejn is-sessi. “Għalhekk bl-allokazzjoni ta' dawn il-fondi, pajjiżna jrid jara li jkollu aktar nisa fid-dinja tax-xogħol, aktar nisa li jitħarrġu għal impjiegi ta' kwalità ogħla, aktar nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali, u saħansitra aktar nisa li jiftħu n-negozju tagħhom stess," temm jgħid Dr Bonett.

Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg għamlet referenza għall-fatt li f'Novembru li għadda l-Gvern nieda l-ewwel strateġija u pjan ta' azzjoni dwar il-mainstreaming tal-ġeneru bl-għan li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni bejn is-sessi. L-istrateġija tiffoka fuq tmien punti li jinkludu l-introduzzjoni ta' mainstreaming tal-ġeneru fid-dinja tax-xogħol, il-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni.

“Pajjiżna jinvesti ħafna fis-soċjetà tagħna permezz ta' fondi lokali, iżda l-fondi tal-Unjoni Ewropea jgħinu biex jipprovdu opportunità unika li bihom nindirizzaw l-ostakli sistematiċi li jistgħu jxekklu l-progress tan-nisa. Madankollu, huwa essenzjali li nagħrfu li l-finanzjament waħdu mhux biżżejjed. Irridu ninkorporaw perspettiva tal-ġeneru mill-bidu nett ta' kull proġett, mill-proposta sal-istadju tal-implimentazzjoni," tenniet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.

Intant, fis-seminar ħadu sehem ukoll persuni involuti fit-tfassil tal-politika, rappreżentanti tal-imsieħba soċjali u ta' entitajiet governattivi, organizzazzjonijiet mhux governattivi li flimkien iddiskutew l-esperjenzi li joħorġu mit-tħaddim tal-fondi Ewropej fl-aħħar snin.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-użu tal-fondi Ewropej għall-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għan-nisa f’pajjiżna
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-użu tal-fondi Ewropej għall-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għan-nisa f’pajjiżna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow