Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Appoġġ għall-volontarjat – il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat

pr230854
Date Icon 05/06/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa' mal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat fil-Berġa ta' Kastilja. Fil-laqgħa l-Prim Ministru fisser il-volontarjat bħala aspett sabiħ tas-soċjetà tagħna u quddiem il-ġid kbir li dan is-settur iwettaq, bħala Gvern irridu nkunu fuq quddiem biex nappoġġjaw il-ħidma fejjieda li toħroġ mill-volontarjat.

Dr Abela qal li s-settur tal-volontarjat irid jibqa' jaġġorna maż-żminijiet u jimraħ filwaqt li aħna rridu nkunu ta' appoġġ billi nissimplifikaw proċessi għall-għaqdiet li jgawdu minn fondi. Hawn il-Prim Ministru nnota l-importanza tat-taħriġ ma' persuni li jagħtu ħinhom għall-volontarjat. Irrimarka kif in-nefqa allokata fil-Budget għal din is-sena f'dan ir-rigward żdiedet fuq is-sena ta' qabel. Dan apparti finanzjament ta' skemi oħra fosthom biex jiġu appoġġjati inizjattivi li jħeġġu liż-żgħażagħ ikunu involuti fil-volontarjat.

Min-naħa tagħha, iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Gertrude Buttigieg fissret is-sodisfazzjon tal-Kunsill li kellu laqgħa mal-Prim Ministru Abela u spjegat kif l-impenn tal-Gvern li jnaqqas it-taxxa dovuta fuq donazzjonijiet monetarji għandu jkun pass importanti biex ikompli jiġi inċentivat u megħjun il-qasam tal-volontarjat.

Għal-laqgħa f'Kastilja kien hemm preżenti wkoll il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Appoġġ għall-volontarjat – il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow