Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tirbaħ il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa b’rekord assolut ta’ midalji

pr230852
Date Icon 04/06/2023

Għall-ewwel darba mill-1985, minn kemm ilhom jiġu organizzati l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta mhux biss spiċċat fil-quċċata tal-klassifika tal-midalji, imma wkoll l-atleti ġabru rekord assolut ta' midalji. B'38 midalja tad-deheb, 30 midalja tal-fidda u 29 midalja tal-bronż, pajjiżna rebaħ b'kollox total ta' 97 midalja. Fit-tieni post ġie Ċipru waqt li fit-tielet post ikklassifika l-Lussemburgu.

B'hekk Malta temmet il-Logħob b'rekord bla preċedent fir-rebħ ta' midalji, minn fost id-disa' pajjiżi parteċipanti, mhux biss fin-numru ta' midalji tad-deheb, imma wkoll fit-total ta' midalji mirbuħa. L-itjeb riżultat sa qabel din l-edizzjon kien fl-edizzjonijiet tal-2003, li kienet saret f'pajjiżna u tal-2011, li kienet saret fil- Liechtenstein, żewġ edizzjonijiet li fihom Malta kienet ikklassifikat fir-raba' post.

F'indirizz fiċ-ċerimonja tal-għeluq ta' dawn il-Logħob, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima kellu kliem ta' tifħir għall-kontinġent Malti. “Investejna fihom, investejna fil-faċilitajiet u dan l-investiment ta r-riżultati. Riżultati li wasslu għal edizzjoni storika tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għal Team Malta. Prosit lill-atleti u sportivi kollha, għamlu unur kbir lil pajjiżna."

Malta kisbet 15-il midalja tad-deheb fl-atletika, ħames midalji fl-isquash, erba' midalji fl-għawm, erba' midalji fit-table tennis, tliet midalji fit-tennis, tliet midalji fl-isparar, tliet midalji fl-ibburdjar u midalji fil-judo. Meta wieħed iqabbel l-ewwel u l-uniku midalja li kienet intrebħet mit-tim Malti, dik tal-bronż fil-basketball fl-edizzjoni tal-1985, illum l-atleti u l-isportivi għamlu progress kbir. Jekk nieħdu wkoll it-tliet edizzjonijiet li saru f'pajjiżna, hemm progress eċċezzjonali bejn il-midalji mirbuħa f'din l-edizzjoni u dawk ta' tletin sena ilu, fl-1993 (total ta' 31 midalja; 4 deheb, 7 fidda u 20 bronż) u ta' għoxrin sena ilu, fl-2003 (total ta' 41 midalja; 11 deheb, 15 fidda u 15 bronż).

Din l-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar rat ukoll diversi rekords, kemm kisbiet fuq bażi personali tal-atleti, imma wkoll b'mod kollettiv f'diversi dixxiplini sportivi. “M'hemmx dubju li din kienet l-aqwa ġimgħa fl-istorja għall-isport Malti. Nieħu l-opportunità biex nifraħ lill-atleti u sportivi, l-kowċis u l-uffiċjali, lill-Assoċjazzjonijiet Sportivi, lill-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumitat Organizzattiv u wkoll il-mezzi tax-xandir li kollha kienu parti minn dan is-suċċess li kiseb pajjiżna", qal il-Ministru Clifton Grima.

Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ġew fi tmiemhom is-Sibt filgħaxija bi spettaklu ieħor fuq il-Fosos tal-Florjana, li matulu il-kontinġent Malti ntlaqa' b'ċapċip kontinwu mill-udjenza. Ċerimonja li wkoll serviet biex pajjiżna jgħaddi l-organizzazzjoni tal-Logħob li jmiss lill-Andorra, il-pajjiż ospitanti ta' sentejn oħra.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tirbaħ il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa b’rekord assolut ta’ midalji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tirbaħ il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa b’rekord assolut ta’ midalji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tirbaħ il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa b’rekord assolut ta’ midalji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow