AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m'għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni allerġiċi jew intolleranti għas-soja, minħabba li nstab li fihom ingredjent tas-soja mhux iddikjarat fuq it-tikketta.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Trab tal-proteina vegana (Pea and Rice Vegan Protein) |
| Togħomiet: | Togħma ta' vanilla; Togħma ta' ġellewż |
| Ditta: | Nutriversum |
| Data tad-durabbiltà: | Kollha |
| Lottijiet: | Kollha |
| Użin: | 500g; 30g |
| Oriġini: | Ungerija |
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Trab tal-proteina vegana (Pea and Rice Vegan Protein) |
| Togħomiet: | Togħma ta' vanilla; Togħma ta' ġellewż |
| Ditta: | Nutriversum |
| Data tad-durabbiltà: | Kollha |
| Lottijiet: | Kollha |
| Użin: | 500g; 30g |
| Oriġini: | Ungerija |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en