Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Jitħabbru r-riżultati tat-tielet stħarriġ xjentifiku dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’

PR230843
Date Icon 02/06/2023

Fil-Palazz Verdala, tħabbru r-riżultati tat-tielet stħarriġ xjentifiku dwar 'l-istat tan-nazzjon' mill-espert fl-istatistika u lettur fl-Università ta' Malta Dr Vincent Marmarà u s-soċjologu Lou Bondì.

L-istħarriġ sar minn fost kampjun ta' 1,064 persuna minn 16-il sena 'l fuq.

Dr Marmarà spjega li minn dan l-istudju rajna kemm is-sehem tal-familja huwa importanti għall-ħajja tagħna ta' kuljum, għad-deċiżjonijiet li nieħdu, kif ukoll għall-problemi li naffaċċjaw. Matul il-preżentazzjoni tal-istħarriġ, Dr Marmarà rrimarka kif bħalissa jidher li n-nies qed isegwu inqas aħbarijiet, infatti ġie nnutat tnaqqis kważi fis-sorsi kollha ta' midja differenti, bit-televiżjoni jkun l-aktar sors li jużaw in-nies biex isegwu l-aħbarijiet Maltin. Ħareġ li l-poplu jemmen f'Alla imma mhux bl-istess livell ta' importanza li jagħti lir-reliġjon. Intqal ukoll kif il-poplu jħoss li wara l-elezzjoni l-politika hija inqas importanti għalih. Fl-isfond ta' dan, il-poplu jikkunsidra inqas l-opinjoni tal-partit politiku qabel ifassal l-opinjoni tiegħu. Bħala impatt ieħor naraw li bħalissa hemm aktar nies li jikkunsidraw jivvutaw partiti differenti fil-futur. Irriżulta wkoll li terz tal-poplu mhux komdu bit-taħlit tal-kulturi flimkien, terz ieħor tal-poplu huwa indeċiż dwar it-taħlit tal-kulturi, jew forsi aħjar ngħidu skont liema kultura lest li jitħallat magħha, u terz ieħor biss huwa komdu bit-taħlit tal-kulturi flimkien.

Il-konsulent fil-komunikazzjoni strateġika, Lou Bondi, qal li din is-sena hemm il-vantaġġ li nistgħu nqabblu r-riżultati tal-istħarriġ ma' dawk tas-sentejn ta' qabel u naraw kienx hemm xi tibdil.

Fil-ftuħ tal-konferenza nazzjonali ta' ġurnata, il-President ta' Malta George Vella qal li sentejn ilu, din l-inizjattiva “kienet viżjoni għat-tul u mhux okkażjoni ta' darba li ma twassal għal imkien." Huwa stqarr kif issa jmiss li mmorru pass ieħor 'il quddiem u naraw kif nistgħu ngħaddu għall-istadju ta' implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet li ser nisimgħu llum. Il-President fisser l-importanza li l-politiċi, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet, is-soċjetà ċivili u l-NGOs jibdew iħarsu lejn din il-Konferenza wkoll mill-istess lenti.

Indirizzat ukoll il-ftuħ tal-konferenza l-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, li ffukat id-diskors tagħha fuq il-ġid komuni, il-bżonn ta' mudell ekonomiku ġdid biex permezz tal-ġid li jinħoloq kull persuna tgħix aħjar u l-ħtieġa li jiżdied l-attiviżmu ta' kulħadd. “Għalija l-ġid komuni hu direzzjoni u mhux destinazzjoni biss. Direzzjoni li toffri qafas b'saħħtu biex in-nies jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Il-ġid komuni ma jfissirx li tħares lejn il-maġġoranzi u tinsa l-minoranzi jew lil min qiegħed fix-xifer," saħqet il-President Metsola. Hija żiedet li pajjiżna jeħtieġ politika ekonomika ġdida: trasformazzjoni li toħloq stabbiltà u kredibbiltà. “Jeħtieġ ikollna politika li toffri tama u sens ta' ottimiżmu għal dak li għad nistgħu nilħqu," sostniet il-President tal-istituzzjoni Ewropea, filwaqt li żiedet tgħid li minflok retorika politika, in-nies iridu min jagħtihom is-soluzzjonijiet li bihom jista' jkollhom serħan il-moħħ.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Jitħabbru r-riżultati tat-tielet stħarriġ xjentifiku dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Jitħabbru r-riżultati tat-tielet stħarriġ xjentifiku dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Jitħabbru r-riżultati tat-tielet stħarriġ xjentifiku dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Jitħabbru r-riżultati tat-tielet stħarriġ xjentifiku dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Jitħabbru r-riżultati tat-tielet stħarriġ xjentifiku dwar ‘L-Istat tan-Nazzjon’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow