Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-proċess tal-kumpilazzjonijiet u r-rinviji

pr230840
Date Icon 01/06/2023

Għalqet b'mod uffiċjali l-konsultazzjoni pubblika dwar waħda mill-akbar riformi fil-qasam tal-Ġustizzja Kriminali, dik dwar il-proċess tal-kumpilazzjonijiet u r-rinviji. Riforma li hija ċentrali fit-twettiq tal-programm ta' ħidma tal-Gvern.

Bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika dwar din ir-riforma proposta mill-Gvern, il-Ministeru għall-Ġustizzja ħejja diversi laqgħat mal-partijiet ikkonċernati fosthom mal-Università ta' Malta, mal-MCESD, diversi stakeholders kif ukoll mal-pubbliku inġenerali. Barra minn hekk waslu wkoll diversi suġġerimenti fosthom mill-Kamra tal-Avukati, mill-Ġudikatura, mill-partiti politiċi, Għaqdiet mhux Governattivi u anke mill-prosekutur Ewropew għal Malta.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard saħaq kif, “Matul il-proċess ta' konsultazzjoni mhux biss stennejna li nirċievu l-kontribut tal-pubbliku u l-istakeholders bil-miktub, imma rajna wkoll li nkunu aħna stess li nersqu 'l quddiem biex niddiskutu dak propost u kif dan jista' jkompli jissaħħaħ."

Din ir-riforma hija intiża biex jitqassar sostanzjalment iż-żmien meħud f'dan l-istadju tal-proċess kriminali u se tkun parti minn kullana ta' riformi fil-qasam tal-ġustizzja fosthom dik fl-inkjesti maġisterjali, u dan biex tkun assigurata li l-ġustizzja ssir, tidher li qed issir u ssir fi żmien raġonevoli.

Il-messaġġ aħħari li wasal f'din il-konsultazzjoni pubblika kien dak li s-sistema tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja hemm bżonn tkompli titjieb u titbiegħed mill-periklu tal-istaġnar.

Għaldaqstant, il-Gvern jafferma l-impenn tiegħu favur aktar ġustizzja effettiva u fid-dawl ta' dan, il-Ministeru issa qiegħed jevalwa s-suġġerimenti u l-proposti kollha li saru minn dawk kollha li ħadu sehem f'din il-konsultazzjoni sabiex imbagħad din ir-riforma tkun tista' tgħaddi għall-istadju li jmiss, li huwa l-iskrutinju demokratiku aħħari fil-Parlament ta' Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-proċess tal-kumpilazzjonijiet u r-rinviji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-proċess tal-kumpilazzjonijiet u r-rinviji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow