Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Jingħata bidu għall-Assemblea Ġenerali tal-European Youth Information and Counselling Agency (ERYICA) f’Malta

pr230830
Date Icon 31/05/2023

Illum ingħata bidu għall-Assemblea Ġenerali tal-European Youth Information and Counselling Agency (ERYICA) li qiegħda ssir f'Malta bis-sehem ta' diversi esponenti minn għaqdiet minn madwar l-Ewropa kollha li jaħdmu maż-żgħażagħ. ERYICA hija l-aġenzija responsabbli li tara li l-informazzjoni maħruġa fil-pubbliku tkun reali.

Din l-Assemblea Ġenerali hija maqsuma fuq tlett ijiem, bis-sehem t'Aġenzija Żgħażagħ, li hija l-entità ewlenija tal-Gvern li taħdem flimkien mal-għaqdiet taż-żgħażagħ ġewwa Malta.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ Keith Azzopardi Tanti indirizza l-ftuħ ta' din l-Assemblea Ġenerali fejn stqarr dwar l-importanza li jkun hemm opportunitajiet simili li jlaqqgħu diversi organizzazzjonijiet minn madwar l-Ewropa sabiex flimkien jaqsmu l-ideat tagħhom bil-għan li joħorġu bl-aħjar soluzzjonijiet biex jibqgħu relevanti maż-żminijiet tal-lum, kif ukoll li jkomplu jipprovdu liż-żgħażagħ informazzjoni li tkun aċċessibbli u rilevanti.

Huwa temm id-diskors tiegħu billi awgura lill-parteċipanti kollha li jkollhom assemblea informattiva u produttiva li kapaċi toffri liż-żgħażagħ l-opportunitajiet neċessarji sabiex jilħqu l-aspettattivi tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Teuma qalet li Aġenzija Żgħażagħ ingħatat iċ-ċertifikat tal-Quality Mark fl-informazzjoni li jipprovdu liż-żgħażagħ u l-għaqdiet li jaħdmu magħhom. Hija rringrazzjat lill-parteċipanti tas-sehem kontinwu mal-għaqdiet taż-żgħażagħ u awgurat li din l-Assemblea tkabbar aktar ir-rapport bejn l-għaqdiet għal aktar kollaborazzjonijiet internazzjonali.

Tkellem ukoll il-President tal-ERYICA Patrick Burke fejn stqarr li l-għan ta' din l-aġenzija huwa li jibnu soċjetà fejn iż-żgħażagħ ikollhom aċċess għal informazzjoni vera u li tinftiehem, b'lingwaġġ modern, li tippromwovi l-awtonomija tagħhom u tinkoraġġixxi s-sehem attiv tagħhom fis-soċjetà.

L-Assemblea Ġenerali tal-ERYICA qiegħda ssir bejn il-31 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju 2023 ġewwa Aġenzija Żgħażagħ f'Santa Venera.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Jingħata bidu għall-Assemblea Ġenerali tal-European Youth Information and Counselling Agency (ERYICA) f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Jingħata bidu għall-Assemblea Ġenerali tal-European Youth Information and Counselling Agency (ERYICA) f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Jingħata bidu għall-Assemblea Ġenerali tal-European Youth Information and Counselling Agency (ERYICA) f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow