Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Ftehim soċjali ġdid mal-Istituzzjoni Paole Freire

pr230828
Date Icon 31/05/2023

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal estenda ftehim soċjali illi kellu mal-Istituzzjoni Paole Freire. Din l-istituzzjoni tgħin tfal u anke adulti jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, kif ukoll jippromwovu relazzjonijiet b'saħħithom bejn il-ġenituri u t-tfal fil-komunità taż-Żejtun.

Dan il-ftehim, li jlaħħaq il-€276,000 fuq medda ta' 3 snin, kien iffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, u t-tmexxija ta' Paole Freire.

Permezz ta' dan il-finanzjament se jkomplu jissaħħu s-servizzi soċjali li diġà jingħataw fil-komunità. L-għajnuna tvarja minn sessjonijiet individwali fejn it-tfal jingħataw attenzjoni, għajnuna akkademika, filwaqt li ssir emfasi sabiex it-tfal jemmnu aktar fihom nfushom. Ser tingħata wkoll 900 siegħa ta' terapija, li tinkludi servizz ta' psikologa u social worker. Parti minn dan is-servizz jingħata wkoll lill-ġenituri.

“Dan il-Gvern huwa hemm għal kulħadd, anke għall-minoritajiet u l-iżgħar wieħed fostna u kommessi li nkomplu nsaħħu ftehimiet bħal dawn għax verament nemmnu fil-ġustizzja soċjali", temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Ftehim soċjali ġdid mal-Istituzzjoni Paole Freire
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow