Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jiltaqa’ mal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Henri, Gran Duka tal-Lussemburgu

pr230821
Date Icon 31/05/2023

Dalgħodu l-President George Vella ltaqa' mal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Henri, Gran Duka tal-Lussemburgu, li jinsab Malta biex jattendi għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa tal-2023. Il-laqgħa hija affermazzjoni ulterjuri tar-rabtiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi. Iż-żewġ partijiet qablu dwar ir-rwol importanti li għandu l-isports fit-tisħiħ tad-djalogu u s-solidarjetà fost il-ġnus. Il-valuri tal-koeżistenza u l-għaqda kienu fiċ-ċentru tal-iskambji, u ż-żewġ partijiet esprimew interess fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dawn l-oqsma.

Il-gwerra fl-Ukrajna u l-impatt tagħha fuq ix-xena globali ġew diskussi fit-tul, u l-President Vella spjega li n-newtralità ta' Malta ma kinitx ta' xkiel biex tieħu pożizzjoni kategorika u tipprovdi appoġġ u għajnuna lill-Ukrajna. L-instabbiltà fir-reġjun tal-Mediterran ġiet indirizzata b'interess kbir, b'enfasi partikolari fuq l-aħħar żviluppi fl-Afrika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani. Tkellmu wkoll fuq is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fir-rotta tal-Mediterran Ċentrali.

Għal din il-laqgħa, il-President Vella kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jiltaqa’ mal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Henri, Gran Duka tal-Lussemburgu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jiltaqa’ mal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Henri, Gran Duka tal-Lussemburgu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jiltaqa’ mal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Henri, Gran Duka tal-Lussemburgu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jiltaqa’ mal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Henri, Gran Duka tal-Lussemburgu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow