Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 20 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Liechtenstein

pr230812
Date Icon 29/05/2023

L-2023 hija s-sena li matulha Malta u l-Liechtenstein qed jikkommemoraw l-20 anniversarju minn meta ġew stabbiliti r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Dan kien diskuss waqt laqgħa bilaterali bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Edukazzjoni u Sport tal-Liechtenstein Dominique Hasler li tinsab f’Malta għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Il-Ministru Borg irringrazzja lil Liechtenstein tal-appoġġ tagħhom għall-fondi mill-EEA & Norway Grants. Huwa sostna kif dawn il-fondi għenu sabiex ikomplu jissaħħu s-setturi soċjali u kulturali f’pajjiżna u jħares ’il quddiem biex fiż-żmien li ġej ikun konkluż il-programm li jmiss. Matul id-diskussjoni l-Ministri tkellmu wkoll dwar kooperazzjoni fis-settur tal-eultura u anke l-Edukazzjoni u l-possibbiltà ta’ ftehim li permezz tiegħu jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet. Il-Ministru Borg sostna li hemm bżonn ukoll li tissaħħaħ r-relazzjoni kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi, b’mod partikolari fis-settur turistiku, films, xjenza u ICT, fost oħrajn.

Ġiet diskussa wkoll il-kooperazzjoni fuq bażi multilaterali. Malta bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda tħares ’il quddiem lejn il-kooperazzjoni mal-Liechtenstein matul il-Presidenza tagħha tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, partikolarment fi ħdan il-Bureau tal-Kumitat tad-Deputati tal-Ministri. 

Min-naħa tagħha, il-Ministru Hasler irringrazzjat lill-Ministru Borg tal-merħba li ngħatat lid-delegazzjoni tagħha u anke lill-atleti tal-Liechtenstein. Sostniet ukoll dwar il-bżonn li jkomplu jiġu esplorati aktar possibiltajiet ta’ kooperazzjoni fuq fora multilaterali. Saħqet kif minkejja ċ-ċokon taż-żewġ pajjiżi xorta waħda kollaborazzjoni b’saħħitha f’din il-fora tista’ twassal għal riżultati konkreti b’risq iċ-ċittadini taż-żewġ pajjiżi rispettivi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 20 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Liechtenstein
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 20 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Liechtenstein
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 20 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Liechtenstein
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 20 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Liechtenstein
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow