Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ħidma kontra l-abbuż ta' servizzi soċjali

pr230811
Date Icon 29/05/2023

Madwar 50% tal-applikazzjonijiet ġodda għall-benefiċċji mhux kontributorji nstab illi l-informazzjoni mogħtija ma kinitx korretta u ġew miċħuda mid-Diviżjoni tal-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dan wara li nstab li dawn il-persuni li applikaw għat-tali servizz kienu jeċċedu l-ammonti stipulati.

F'perjodu ta' 6 snin, bejn is-sena 2016 u s-sena 2022, ġew skrutinizzati madwar 26,850-il applikazzjoni.  Dan l-eżerċizzju kontinwu rrenda €10 miljun f'benefiċċji li ma kellhomx jitħallsu mid-dipartiment u li jistgħu jiġu investiti f'każijiet li verament jeħtieġu għajnuna.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn matulha tkellem f'dettall dwar il-ħidma kontinwa tal-Gvern sabiex jiżgura illi ma jkunx hemm abbuż ta' benefiċċji soċjali.

Fl-2016, il-Gvern nieda l-Business Intelligence Unit, sabiex isir skrutinju fuq il-'means tested benefits' qabel isir il-ħlas tal-benefiċċju. Din id-diviżjoni tħaddan fiha wkoll il-Benefits Compliance Unit, fejn jiġu skrutinizzati każijiet ta' allegat abbuż permezz ta' spezzjonijiet mingħajr avviż u fejn jiġu wkoll prattikati eżerċizzji ta' osservanza (compliance) kontinwa.

Dawn l-eżerċizzji u spezzjonijiet wasslu saħansitra sabiex  jitwaqqfu benefiċċji lill-persuni li assolutament ma kienx ħaqqhom ħlasijiet, u fejn permezz ta' hekk ġew frankati u nħolqu 'overpayments' li jlaħħqu l-miljuni ta' ewro.

Fil-fatt fuq medda ta' sentejn, bejn is-sena 2021 u s-sena 2022, kienu frankati kważi mal-għaxar miljun ewro, wara li nstabu irregolaritajiet f'aktar minn elfejn każ.

SenaSavings u OverpaymentsKażijiet
2012€2.8m779
2013€3.4m838
2014€3.8m887
2015€4.2m972
2016€4m975
2017€4m957
2018€4m1196
2019€3.9m1045
2020€3.9m1015
2021€4.9m1174
2022€4.9m1059

“Dan il-Gvern se jkun dejjem hemm biex jinċentiva u jgħin liż-żgħir, iżda qatt mhuwa se jħalli jew jippermetti xi forma ta' abbuż. Ksibna ħafna suċċessi soċjali tul dawn l-aħħar snin, iżda fl-istess waqt ridna naċċertaw trasparenza u kontabilità. Għaldaqstant, kompliet il-ħidma sabiex jiġi aċċertat illi l-ħlasijiet tal-benefiċċji soċjali qegħdin imorru għand min verament għandu bżonn. B'hekk biss tkun qiegħda tiġi pprattikata l-ġustizzja soċjali," temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ħidma kontra l-abbuż ta' servizzi soċjali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow