Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tiskatta ħidma biex titwettaq wegħda elettorali oħra sabiex prodotti tal-mestruazzjoni jibdew jitqassmu b’xejn fl-iskejjel

pr230809
Date Icon 29/05/2023

Beda l-proċess biex jitwettaq l-impenn elettorali tal-Gvern li prodotti relatati mal-mestruazzjoni jibdew jitqassmu b’xejn lill-istudenti fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex. 

L-ewwel pass se jkun studju estensiv dwar proġetti simili li saru f’pajjiżi li diġà introduċew dan il-kunċett filwaqt li ssir analiżi dettaljata dwar ir-realtajiet lokali, bil-parteċipazzjoni tat-tmexxija tal-iskejjel, fosthom għalliema, kif ukoll tal-istudenti. Ir-riżultati ta’ din ir-riċerka ser iwasslu biex jiġu identifikati liema prodotti se jitqassmu u l-bżonnijiet tal-iskola għall-metodu ta’ distribuzzjoni.

F’dak l-istadju mbagħad se jibda proġett pilota f’numru ta’ skejjel biex ikun assigurat li l-proċess ikun qed jitħaddem bl-aħjar mod possibbli, qabel jinfirex mal-pajjiż kollu. 

Waqt konferenza dwar din it-tema, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg saħqet li dan il-proġett jagħmel parti integrali mill-ħidma tal-Gvern biex tiġi eliminata l-inugwaljanza li teżisti bejn il-ġeneri. 

“L-impenn tagħna huwa li neliminaw l-istigma relatata mal-mestruazzjoni u nedukaw biex dak li jkun jifhem dan il-proċess naturali li huwa marbut intrinsikament mas-saħħa sesswali u riproduttiva filwaqt li ma nħallux li dan jaffettwa ħażin kemm is-saħħa fiżika u kif ukoll dik mentali. Għaldaqstant għall-ewwel darba inkludejna dan is-suġġett fil-manifest elettorali b’impenn politiku li nindirizzaw il-ħtiġijiet tal-mara anke f’dan ir-rigward,” qalet is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg. 

Is-Segretarju Parlamentari stqarret li l-Gvern għaddej ukoll b’diskussjonijiet sabiex ir-rata tal-VAT fuq prodotti relatati mal-mestruazzjoni tkun l-inqas possibbli.

Waqt din il-konferenza tkellmet ukoll Annalise Desira, Assistent Direttur fid-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn saħqet li d-direttorat qed jaħdem biex, filwaqt li miżuri importanti bħal dawn jiġu implimentati, titrawwem ukoll mentalità miftuħa permezz ta’ kampanji ta’ edukazzjoni li jwasslu għal ambjent fejn in-nisa u l-bniet iħossuhom komdi jfittxu appoġġ u informazzjoni.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tiskatta ħidma biex titwettaq wegħda elettorali oħra sabiex prodotti tal-mestruazzjoni jibdew jitqassmu b’xejn fl-iskejjel
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tiskatta ħidma biex titwettaq wegħda elettorali oħra sabiex prodotti tal-mestruazzjoni jibdew jitqassmu b’xejn fl-iskejjel
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tiskatta ħidma biex titwettaq wegħda elettorali oħra sabiex prodotti tal-mestruazzjoni jibdew jitqassmu b’xejn fl-iskejjel
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tiskatta ħidma biex titwettaq wegħda elettorali oħra sabiex prodotti tal-mestruazzjoni jibdew jitqassmu b’xejn fl-iskejjel
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow