Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tospita l-laqgħa ġenerali annwali tal-FEAP

pr230803
Date Icon 27/05/2023

Pajjiżna ospita l-laqgħa ġenerali annwali tal-Federazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Akwakultura. Din il-laqgħa tlaqqa' diversi partijiet, esperti fl-industrija u mexxejja mis-settur tal-Akwakultura sabiex flimkien jiddiskutu żviluppi importanti u kif ukoll jesploraw opportunitajiet għal żvilupp sostenibbli.

Waqt din il-laqgħa il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, spjega kif l-Unjoni Ewropea tibqa' suq sinifikanti għall-prodotti tal-akwakultura u d-domanda għal ħut b'mod sostenibbli u ta' kwalità għolja mistennija tkompli tikber fis-snin li ġejjin. F'dawn l-aħħar snin iċ-Ċentru ta' Riċerka għall-Akwakultura ta' Malta għadda minn żvilupp u titjib sostanzjali biex jakkomoda riċerka dwar speċi ta' akwakultura differenti.

Huwa għamel referenza wkoll għall-iżvilupp li sar f'dawn l-aħħar snin fejn il-Gvern Malti flimkien mal-industrija tat-tonn għamel passi 'l quddiem. “Il-viżjoni ta' Malta għas-settur hija dik li eventwalment is-settur tal-akwakultura jkun aktar kompetittiv u reżiljenti, li jiżviluppa f'bilanċ ma' prattiċi ambjentali tajbin u l-aspettattivi tas-soċjetà."

Il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Maltija tal-Produtturi tal-Akwakultura (FMAP) Dr Charlon Gouder qal li f'Malta din l-industrija qiegħda tikber u bħalissa qed tesplora swieq Asjatiċi ġodda, fosthom iċ-Ċina, biex jibda jiġi esportat il-prodott tagħhom. Huwa qal li kien ta' unur għal Malta li qed tospita din il-konferenza daqshekk importanti għall-industrija fuq sfera Ewropea permezz tal-FEAP, fejn Malta għandha sehem attiv u partikolari fil-kumitat tal-Bluefin Tuna. Dr Gouder qal li l-akwakultura għandha rwol importanti fit-tkabbir ekonomiku, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel u s-sostenibbiltà. L-istaġun tat-tonn għas-sajjieda fetaħ ftit taż-żmien ilu però għal dak tal-purseseiner fetaħ fis-26 ta' Mejju u jibqa' miftuħ sa l-1 ta' Lulju. Din is-sena Malta ser tirċievi madwar 10,500 tunnellata ta' tonn, wara li ġiet permessa żieda fil-kapaċità tad-dħul, biex ikun jista' jitħaxxen u wara jiġi proċessat għas-sushi u s-sashimi.

Min-naħa tagħha s-Segretarja Parlamentari Alicia Bugeja Said spjegat kif, “din hija industrija fejn joperaw seba' kumpaniji differenti; industrija lokali li tipproduċi mas-16,000 tunnellata kull sena, u tikkontribwixxi mal-€200 miljun fl-ekonomija lokali. Matul is-snin, is-settur tal-akwakultura kompla jikber fl-industrija b'saħħitha li llum kulħadd jaf biha. Wara li għelibna l-isfidi varji li ffaċċjajna tul iż-żminijiet, il-pożizzjoni ta' pajjiżna fil-Mediterran kienet iktar kruċjali mid-daqs tagħna. Malta llum għandha rwol importanti globali fl-industrija tat-tonn, tant li ksibna tagħrif siewi fuq elementi varji ta' dan is-settur."

Indirizza wkoll din il-laqgħa l-Eks-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella. Huwa spjega kif fl-Unjoni Ewropea huwa biss 20% tal-ħut li jiġi mill-akwakultura,  bit-80% l-oħra mis-sajd. Filwaqt li l-Asja tiddomina s-settur tal-akwakultura bi produzzjoni ta' volumi kbar, l-Unjoni Ewropea teċċella fil-produzzjoni ta' ħut li huwa kkunsidrat bħala prodott ta' kwalità għolja.

B'domanda dejjem tikber għall-ikel, il-futur tal-akwakultura Ewropea għandu potenzjal kbir li jikber. Għalhekk jeħtieġ li apparti li nkomplu nsaħħu l-kwalità, naraw ukoll li b'mod sostenibbli nkabbru l-volum tal-produzzjoni.

Il-Ministru Anton Refalo temm jgħid li, “il-Gvern Malti kien u ser jibqa' kommess li jagħti l-għajnuna neċessarja sabiex tkompli tittejjeb is-sostenibbiltà tas-settur, dan huwa dak li ta' kuljum jaspira d-deċiżjonijiet li nieħdu sabiex nassiguraw li jibqa' jiġi appoġġat it-tkabbir sostenibbli tal-industrija."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tospita l-laqgħa ġenerali annwali tal-FEAP
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tospita l-laqgħa ġenerali annwali tal-FEAP
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tospita l-laqgħa ġenerali annwali tal-FEAP
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tospita l-laqgħa ġenerali annwali tal-FEAP
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow