STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA
pr230800
27/05/2023
Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva se jkun qed iwettaq proġett estensiv fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla bil-għan li din id-dar tkun konformi mal-istandards dinjitużi u għoljin li l-gvern qed jesiġi għad-djar tal-anzjani f'pajjiżna.
Dan il-proġett għandu jwassal biex l-infrastruttura qadima tinbidel f'waħda moderna u tal-ogħla livell.
Kif ġara fi drabi oħra meta l-Ministeru mbarka fuq xogħol daqstant estensiv, bħal per eżempju fl-Imsida, ir-residenti se jkunu rilokati fi djar tal-anzjani oħra fejn ikunu jistgħu jingħataw servizz ta' livell f'ambjent sigur li jixraq għalihom.
Fil-jiem li ġejjin se tkun qed issir komunikazzjoni u djalogu mar-residenti u l-qraba tagħhom dwar din ir-rilokazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en