Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u Franza b’laqgħa bilaterali

pr230795
Date Icon 26/05/2023

Aktar kmieni llum f'pajjiżna, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Istat għall-Ewropa Laurence Boone.

Matul din il-laqgħa intqal li ż-żewġ pajjiżi bejniethom igawdu minn relazzjoni tajba ferm li tmur lura bosta snin iżda li għandha potenzjal b'saħħtu li tkompli titjieb, b'mod partikolari fid-dawl tar-reġjun tal-Mediterran. Il-Ministru Ian Borg reġa' tenna l-messaġġ tiegħu tal-bżonn ta' aktar kooperazzjoni sabiex ir-reġjun ikun wieħed aktar b'saħħtu.

Suġġett li kien fil-quċċata tad-diskussjoni kien dak tal-immigrazzjoni, fejn Malta tenniet dwar l-importanza li l-Unjoni Ewropea, b'mod urġenti, tieħu deċiżjonijiet b'saħħithom biex mill-aktar fis timplimenta l-pjan t'azzjoni konġunt 'Valletta' u b'hekk issir ir-riforma li tant hemm bżonn. Ian Borg sostna li r-riforma fis-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA) tibqa' waħda kruċjali. Kompla jgħid li mekkaniżmu permanenti u prevedibbli ta' allokazzjoni huwa kruċjali għal pajjiżna u għall-istati membri fil-fruntieri b'mod partikolari, filwaqt li rringrazzja lil Franza tal-assistenza li tat lil Malta fl-aħħar żmien.

Kienet diskussa wkoll il-kooperazzjoni fuq bażi multilaterali, b'mod partikolari fuq livell ta' Unjoni Ewropea u anke fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda bħala l-uniċi żewġ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fuq dan il-kunsill tant importanti, b'mod partikolari f'dawn iż-żminijiet li qed ngħixu fihom.

Min-naħa tagħha, il-Ministru Franċiża Boone sostniet li l-immigrazzjoni mhuwiex suġġett li għandu jiġi indirizzat b'mod individwali f'kuntest ta' pajjiż jew ieħor iżda hija kwistjoni Ewropea li trid tiġi indirizzata b'mod kollettiv u ħolistiku. Hija awgurat ukoll lil Malta għas-sehem u għax-xogħol li pajjiżna wettaq fil-Kunsill tas-Sigurtà. B'turija ta' rispett, il-Ministru Boone irringrazzjat lil pajjiżna għall-merħba u għall-ospitalità li rċeviet f'din l-ewwel żjara tagħha f'Malta..

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u Franza b’laqgħa bilaterali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u Franza b’laqgħa bilaterali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u Franza b’laqgħa bilaterali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u Franza b’laqgħa bilaterali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow