Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ rinnovar f’Ġnien il-Professur Ġużè Aquilina, fil-Munxar

pr230794
Date Icon 26/05/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Munxar Damien Spiteri, inawguraw proġett ta' rinnovar f'Ġnien il-Professur Gużè Aquilina. Dan il-proġett kien iffinanzjat minn fondi tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali permezz ta' skemi appożiti.

Ġie spjegat li l-Kunsill Lokali tal-Munxar ingħata fondi li jammontaw għal madwar €42,000 mill-Iskema ta' Finanzjament għall-Iżvilupp u Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Playing Fields fil-Lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex. Permezz ta' dawn il-fondi, il-kunsill lokali seta' wkoll jagħmel xogħol ta' rinnovar madwar il-bandli.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li l-gvern impenjat li jkompli joħloq aktar spazji pubbliċi u postijiet fejn il-familji jistgħu jqattgħu ħin tal-mistrieħ fihom. Kompla jgħid li, “għalhekk nissapportjaw proġetti bħal dawn għaliex huma parti mill-għan tagħna li ntejbu diversi żoni f'lokalitajiet differenti sabiex ir-residenti jkollhom postijiet ta' rikreazzjoni fil-lokal tagħhom stess. Dan fil-fatt huwa proġett ieħor li qed ninawguraw din is-sena fil-Munxar."

Dan il-proġett kien jikkonsisti minn rinnovazzjoni tal-ġnien li kienet tinkludi l-installazzjoni ta' sistema ġdida ta' elettriku, installazzjoni ta' puġġamani għal aktar sigurtà u aċċessibbiltà, u manutenzjoni u tisbiħ ġenerali tal-ġnien. Fil-ġnien ġiet installata wkoll playhouse ġdida.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li l-gvern kommess li jkompli jinvesti f'aktar spazji ħodor u ta' rikreazzjoni fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. “Permezz ta' proġetti bħal dawn fil-qalba tal-lokalitajiet, il-kunsilli lokali qed jikkumplimentaw u jsostnu l-ħidma tal-gvern favur spazji rikreattivi ħodor u ambjent aħjar".

Is-segretarju parlamentari faħħret ukoll l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Munxar għaliex permezz tax-xogħol li twettaq, żiedu l-aċċessibbiltà u aktar sigurtà f'dan l-ispazju miftuħ u rikreattiv. 

Is-Sindku Damien Spiteri spjega li permezz ta' din l-iskema, il-kunsill lokali kiseb finanzjament sabiex seta' jsir dan il-proġett. Is-sindku sostna li huwa ta' sodisfazzjon li jara lit-tfal u lill-familji jgawdu dan l-ispazju miftuħ, filwaqt li tenna li ser jibqa' jiżgura li tali postijiet jibqgħu miżmuma fl-ogħla standards possibbli.

Għall-inawgurazzjoni kienu preżenti wkoll diversi membri tal-Kunsill Lokali tal-Munxar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ rinnovar f’Ġnien il-Professur Ġużè Aquilina, fil-Munxar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ rinnovar f’Ġnien il-Professur Ġużè Aquilina, fil-Munxar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ rinnovar f’Ġnien il-Professur Ġużè Aquilina, fil-Munxar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat proġett ta’ rinnovar f’Ġnien il-Professur Ġużè Aquilina, fil-Munxar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow