Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Kumitat għall-Affarjiet Barranin tal-Parlament japprova b’mod unanimu it-tiġdid tal-programm bilaterali bejn Malta u NATO

pr230779
Date Icon 24/05/2023

Waqt is-seduta tal-lum tal-Kumitat għall-Affarjiet Barranin tal-Parlament ta’ Malta, il-Ministru għall-Affarjiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg preżenta u ressaq għall-approvazzjoni t-tiġdid għal perjodu ieħor tal-programm bilaterali bejn Malta u NATO.

Wara l-preżentazzjoni mressqa mill-Ministru Ian Borg, fejn il-kumitat ingħata l-assigurazzjonijiet legali mitluba li l-proposti mressqa ma jmorrux kontra l-ebda l-klawżola tal-Kostituzzjoni, il-kumitat parlamentari approva b’mod unanimu t-tiġdid tal-programm bilaterali, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-proċess ta’ ppjanar u reviżjoni taħt l-ambitu tal-programm għas-sħubija għall-paċi tan-NATO.

Wara s-seduta, il-Ministru għall-Affarjiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg qal li jilqa’ b’mod pożittiv il-qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar il-programm bilaterali, hekk kif preżentat lill-kumitat parlamentari, u jħares ’il quddiem biex il-forzi dxxiplinarji u l-entitajiet governattivi ta’ pajjiżna jagħmlu użu aħjar mill-programm bilaterali man-NATO, dejjem fil-parametri li tippermetti l-Kostituzzjoni ta' Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow