Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tkompli l-ħidma sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni barra minn xtutna fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni

pr230770
Date Icon 23/05/2023

Fiċ-Ċina, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti kellu diversi laqgħat ma' diversi entitajiet u għaqdiet Ċiniżi marbuta max-xjenza u t-teknoloġija bil-għan li tkompli tikber il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Fost id-diversi laqgħat, is-Segretarju Parlamentari ltaqa' mal-Viċi Ministru għax-Xjenza u t-Teknoloġija taċ-Ċina Zhang Guangjun, mal-Viċi President tal-Akkademja tax-Xjenza Ċiniża Zhang Yaping, mad-Direttur tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ispazju Ċiniża Zhang Keijan, mal-President tal-Fondazzjoni Nazzjonali għax-Xjenza Naturali fiċ-Ċina l-Professur Dou Xiankang, u mad-Direttur tad-Dipartiment għall-Affarijiet Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni Ċiniża għax-Xjenza u t-Teknoloġija Luo Hui.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti tenna li dawn il-laqgħat huma importanti sabiex Malta tkompli ssaħħaħ il-kollaborazzjoni  ma' pajjiżi oħra fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Ġie diskuss ukoll il-ftehim li ġie ffirmat bejn Malta u ċ-Ċina ftit tas-snin ilu, fejn inħolqot l-iskema Sino-Malta li tiffinanzja proġetti ta' riċerka bejn riċerkaturi miż-żewġ pajjiżi, b'kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-Ministeru għax-Xjenza u Teknoloġija fiċ-Ċina.

“Aħna rridu nibnu fuq dan il-ftehim eżistenti sabiex inkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet li għandna maċ-Ċina, li huwa pajjiż importanti ferm fis-settur tar-riċerka. Il-Gvern kommess li jkompli jinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni f'pajjiżna anke permezz ta' kollaborazzjonijiet internazzjonali bħal din, bil-għan li n-negozji lokali jkunu kompetittivi mhux biss lokalment iżda wkoll fis-suq internazzjonali," tenna s-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tkompli l-ħidma sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni barra minn xtutna fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tkompli l-ħidma sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni barra minn xtutna fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow