Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Festa Fjuri – Attività Kulturali Favur l-Ambjent

pr230768
Date Icon 23/05/2023

Il-Kunsill Lokali tal-Iklin ser jorganizza edizzjoni oħra ta’ Festa Fjuri fil-lokalità. Din l-attività se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Mejju, mid-9 ta’ filgħodu sas-2 ta’ waranofsinhar f’Triq Anton Buttigieg, l-Iklin. Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli.

It-tema għal din l-edizzjoni hija ‘Ħobb in-natura biex tibqa f’saħħtek’. L-għan ewlieni ta’ din l-attività kulturali u edukattiva huwa l-promozzjoni tan-natura u l-importanza li nindukrawha. 

Waqt l-attività ser ikun hemm infiorata b’fjuri tal-Petunia b’disinn ta’ artist lokali. Għal din l-infiorata ser jintużaw madwar 10,000 xitla li wara l-attività ser jitqassmu lir-residenti tal-Iklin biex iżejnu l-ġonna, il-parapetti, il-gallariji u l-aperturi tar-residenzi privati. 

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Iklin li għal darb’oħra qed jorganizza din l-attività fil-qalba tal-komunità. “Attivitajiet soċjo-kulturali u edukattivi bħal Festa Fjuri joffru sens ta’ komunità lir-residenti, filwaqt li jsaħħu wkoll l-identità ta’ din il-lokalità,” qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. 

Ġie spjegat li fl-ewwel nofs ta’ nhar ta’ filgħodu ser tittella’ sezzjoni ta’ Eco Cafe fejn numru ta’ kelliema ser jagħmlu preżentazzjoni dwar suġġetti varji, li jinkludu l-ekoloġija lokali, il-bijodiversità, pjanti endemiċi Maltin, riċetti bl-użu tal-ħwawar u dwar l-użu ta’ essential oils magħmula mill-petali. Il-kelliema huma kollha esperti fis-settur rispettiv u se tkun opportunità tajba għall-komunità biex tattendi u tisma’ tagħrif fuq dawn is-suġġetti.  

Is-Sindku tal-Iklin, Dott. Dorian Sciberras, spjega li l-Kunsill Lokali ħareġ sejħa ta’ interess għall-artisti li jirrisjedu fl-Iklin biex jipparteċipaw u jesebixxu l-arti tagħhom waqt din l-attività. Huwa temm jgħid li l-Kunsill Lokali jemmen bis-sħiħ fil-kunċett ta’ community engagement u kommessi li jibqgħu jaħdmu favur l-inklussività fil-lokalità tagħhom. 

Id-Direttur għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Politika fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, Marisa Pisani, saħqet fuq l-importanza tal-għaqda fil-kunsilli sabiex jibqgħu jittellgħu attivitajiet soċjali u innovattivi li jibbenefikaw minnhom ir-residenti. 

Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti wkoll il-kunsilliera u s-segretarju eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Iklin.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Festa Fjuri – Attività Kulturali Favur l-Ambjent
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Festa Fjuri – Attività Kulturali Favur l-Ambjent
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Festa Fjuri – Attività Kulturali Favur l-Ambjent
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow