STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kellu laqgħa bilaterali importanti mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fi Brussell.
Matul din il-laqgħa, ġew diskussi numru ta’ temi importanti u prijoritajiet għal pajjiżna fl-isfond tal-Unjoni Ewropea. Intqal, kif issa li fadal madwar sena għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa importanti li l-popli Ewropej, inkluż dak Malti u Għawdxi, joħroġ jeżerċita dan id-dritt tal-vot li bih jeleġġi s-6 rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew. Il-Ministru Ian Borg fakkar kif din hija l-unika istituzzjoni li hija direttament eletta mill-popli Ewropej u b’hekk huwa importanti ħafna li nagħżlu lil dawk li se jirrappreżentaw lil pajjiżna.
F’kummenti, il-Ministru Ian Borg qal li matul il-laqgħa mal-President Metsola kienu diskussi l-isfidi li għandha quddiema l-Unjoni għaż-żmien li ġej, l-irwol tal-Parlament Ewropew u anke l-ħidma li għandha ssir b’mod aktar koordinat bejn it-tliet istituzzjonijiet prinċipali biex isiru r-riformi u l-inizjattivi li hemm bżonn għaż-żmien li ġej.
Il-Ministru Ian Borg temm jgħid li kienet laqgħa produttiva ferm u li jħares ’il quddiem għall-aġġornamenti oħra minn żmien għal żmien mal-President Metsola u anke laqgħat oħrajn fil-futur qrib mal-Presidenti tal-bqija tal-istituzzjonijiet Ewropej sabiex inkomplu nsaħħu l-vuċi Maltija.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en