Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jindirizza l-Assemblea Dinjija għas-Saħħa

pr230765
Date Icon 23/05/2023

Fl-ewwel indirizz tiegħu bħala President tas-7a6 edizzjoni tal-Assemblea Dinjija għas-Saħħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne appella lill-mexxejja tas-saħħa biex jingħaqdu flimkien u jagħmlu t-tibdiliet meħtieġa sabiex il-popli kollha jkollhom l-istess aċċess għall-iżviluppi fil-qasam tas-saħħa u fil-qasam tal-farmaċewtika, irrispettivament mill-pajjiż jew kontinent li jgħixu fih. 

Huwa fakkar li l-prinċipju tal-kura tas-saħħa universali għal kulħadd huwa wieħed mis-sisien tal-ħidma tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa u għalhekk, għalkemm il-politika fil-qasam tas-saħħa hija normalment kompetenza nazzjonali, huwa d-dmir ta’ kull mexxej li jara li ħadd ma jaqa’ lura. 

“Raġuni prinċipali għall-iżbilanċ fil-livell ta’ kura tas-saħħa offruta bejn reġjun u ieħor tad-dinja hija l-aċċess inugwali għall-mediċini ta’ kwalità tajba u innovattiva. Is-sistema preżenti tad-distribuzzjoni tal-mediċini qiegħda tfalli lill-miljuni taċ-ċittadini u għalhekk għandu jkun ta’ interess għall-mexxejja kollha li tinstab soluzzjoni,” tenna l-Ministru għas-Saħħa Fearne.

Id-Deputat Prim Ministru ġab eżempju bil-COVID-19, li wriet lid-dinja li l-mard ma jillimitax ruħu għall-konfini ġeografiċi u li huwa meta d-dinja tingħaqad u tiġbed ħabel wieħed li l-isfidi mediċi jingħelbu. Għalhekk appella sabiex bl-istess mod magħqud jiġu indirizzati sfidi oħra fil-qasam tas-saħħa, bħal ma hija r-reżistenza għall-antimikrobji, li hija kawża oħra li jisħaq kontinwament fuqha d-Deputat Prim Ministru fil-fora internazzjonali. 

Il-Ministru Fearne għalaq l-ewwel messaġġ tiegħu bħala President tal-Assemblea fuq nota pożittiva, fejn fakkar lill-194 mexxej preżenti li bħala membri attivi tal-WHO, hemm ħafna x’reġjun jista’ jitgħallem minn ieħor, kemm mis-similaritajiet iżda wisq aktar mid-differenzi, u għalhekk sostna li huwa kunfidenti li l-futur tal-organizzazzjoni u taċ-ċittadini tagħha huwa wieħed prosperu.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jindirizza l-Assemblea Dinjija għas-Saħħa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jindirizza l-Assemblea Dinjija għas-Saħħa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow