Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella jżur in-9/11 Memorial fi New York

pr230763
Date Icon 23/05/2023

Il-President George Vella kellu laqgħa bilaterali ma’ Miguel Ángel Moratinos, Sottosegretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda u Rappreżentant Għoli għall-Alleanza taċ-Ċiviltajiet tan-Nazzjonijiet Magħquda, fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.

Iż-żewġ partijiet iddiskutew is-sitwazzjoni ġeopolitika madwar id-dinja u t-theddid li din qed toħloq għall-multilateraliżmu. Il-President Vella qal li huwa meħtieġ djalogu bbażat fuq il-valuri mal-pajjiżi sħab, speċjalment fl-Afrika, u t-tnejn qablu li ż-żgħażagħ għandhom rwol ċentrali biex jitnieda d-djalogu u semmew l-inizjattivi meħuda f’dan ir-rigward.

It-tnejn fakkru l-adozzjoni tal-Istrateġija tal-AOC għall-Mediterran li saret matul l-ewwel Konferenza Reġjonali organizzata minn Malta fl-2010.

Waqt żjara fi ‘Ground Zero’, it-Tnejn waranofsinhar, il-President ta’ Malta poġġa kuruna tal-fjuri man-9/11 Memorial b’tifkira tal-vittmi tal-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru tal-2001 u l-attakk bil-bombi fuq il-World Trade Center fl-1993.

Akkumpanjat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u d-delegazzjoni, il-President Vella żar ukoll in-9/11 Memorial Museum, iddedikat biex jikber l-għarfien tal-pubbliku dwar l-impatt kontinwu tal-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru fuq l-Istati Uniti u madwar id-dinja.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella jżur in-9/11 Memorial fi New York
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella jżur in-9/11 Memorial fi New York
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella jżur in-9/11 Memorial fi New York
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow