Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL : Aktar appoġġ lil koppji b’wild ġdid

pr230760
Date Icon 22/05/2023

Il-Kumitat Trobbija Pożittiva fetaħ l-applikazzjonijiet għall-pubbliku, għall-proġett “Parents as Partners”, programm speċjalizzat dwar it-trobbija tat-tfal fi stadju bikri. Dan huwa programm innovattiv, fejn koppji li jħossu l-bżonn ta’ għajnuna jingħataw programm mifrux fuq 16-il ġimgħa minn professjonisti imħarrġa fis-suġġett.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon.

“Parents as Partners” qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Perinatal Mental Health Care, bis-sehem ta’ professjonisti bħal qwiebel, psikjatri u psikologi fost oħrajn. 

Ġie spjegat li wara li dan il-programm tnieda bħala proġett pilota ħareġ ċar li  koppji li jkollhom wild għandhom bżonn aktar appoġġ u għajnuna. Dan speċjalment f’każijiet fejn diġà ikun hemm diffikultajiet minħabba li tarbija ġdida iġib realtajiet u sfidi ġodda u dan jaf jimpatta r-relazzjoni tal-koppja.  

Għaldaqstant dan il-programm, li joffri għajnuna professjonali, se jkun qed iħeġġeġ aktar koppji jirrikorru għal dawn is-servizzi bla ħlas, li jgħinu kemm ir-relazzjoni tal-koppja kif ukoll l-iżvilupp bikri tat-tarbija.

“It-twelid ta’ tarbija ġġib magħha bidliet kbar fir-rutina u din tista’ twassal għal tensjoni bejn il-koppja. Dan jaf iħalli effetti devastanti fuq it-tfal f’każ li ma jkunx hemm trobbija sana u pożittiva. Għaldaqstant se nsaħħu r-riżorsi tagħna, u permezz ta’ professjonisti se nagħtu pariri u l-assistenza tagħna sabiex it-tfal jitrabbew f’ambjent sigur,” temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

Iċ-Chairperson tal-Kumitat Trobbija Pożittiva u Tisħiħ tal-Familja Ruth Sciberras spjegat kif permezz ta’ dan il-programm se tkompli tissaħħaħ l-ħidma fil-komunità. Qalet li dan il-programm kien imnebbaħ minn inizjattivi li ttieħdu fix-xhur li għaddew, illi kollha jorbtu ma’ trobbija pożittiva, ambjent sigur u li jippromwovi relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-ulied.

Hija tkellmet ukoll dwar il-kunċett ta’ shared parenting, u x’qiegħed issir sabiex jingħata aktar taħriġ  lill-professjonisti li jaħdmu mill-qrib ma’ koppji illi jkollhom kwistjonijiet dwar il-kura u l-kustodja tat-tfal wara separazzjoni. Kompliet tispjega li din is-sena saru 9 sezzjonijiet fejn attendew 103 professjonisti għal dan it-taħriġ. Waqt dawn is-sezzjonijiet ġew diskussi diversi temi fosthom il-mezzi t’appoġġ li jista’ jingħata fosthom għajnuna psikosoċjali, kif ukoll dwar parental alienation. 

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook ta’ Positive Parenting Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL : Aktar appoġġ lil koppji b’wild ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL : Aktar appoġġ lil koppji b’wild ġdid
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow