Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Malta bi 18-il żona marittima protetta

pr230759
Date Icon 22/05/2023

Il-15-il laqgħa nazzjonali ta’ Focal Points ta’ Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Żoni Speċjali Protetti u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran, qed titlaqqa’ f’Malta

Malta qed timplimenta diversi azzjonijiet biex tissalvagwardja żoni marittimi protetti, li jkopru madwar 4,100 km2 tal-baħar Mediterran u li huma 13-il darba akbar minn Malta.

Matul il-15-il laqgħa Nazzjonali ta’ Focal Points ta’ Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Żoni Speċjali Protetti u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran (il-Protokoll SPA/BD), il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli spjegat l-azzjonijiet li Malta qed tieħu sabiex tipproteġi l-ambjent marittimu. Din il-laqgħa qed tiġi organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).

Il-Ministru Dalli qalet li Malta diġà implimentat bosta aspetti mill-programm UNEP/MAP għal 2022-2023. “F’Jannar, bħala pajjiż, adottajna l-ewwel miżuri ta’ konservazzjoni għaż-żoni kollha marittimi, fejn bħala pajjiż diġà bdejna naħdmu fuq dawn il-pjanijiet. L-aħħar valutazzjoni xjentifika tal-fkieren tal-baħar u l-mammiferi tal-baħar li jidħlu fl-ibħra tagħna, turi kif il-popolazzjonijiet tagħhom huma fi stat ambjentali tajjeb. U dan huwa riżultat pożittiv wara aktar minn 30 sena ta’ protezzjoni legali attiva f’Malta,” qalet il-Ministru Dalli.

F’dawn l-aħħar snin Malta kompliet iżżid żoni protetti ġodda, filwaqt li kompliet taħdem fuq miżuri li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ambjent marittimu, li jinkludi skart fil-baħar. “Qed nindirizzaw din l-isfida permezz tal-ekonomija ċirkolari, projbizzjoni ta’ plastik li jintuża darba biss, promozzjoni ta’ riċiklaġġ u użu mil-ġdid tal-affarijiet, kif ukoll kampanja li ħabbarna ftit ilu, dik ta’ separazzjoni tal-iskart mandatorju għal kulħadd, inklużi djar residenzjali, negozji u entitajiet u organizzazzjonijiet,” spjegat il-Ministru Dalli.

Id-Deputat Direttur tal-ERA Darrin T. Stevens irrimarka li din il-laqgħa qed turi l-isforzi kontinwi li tagħmel Malta fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali marittimu permezz ta’ diversi azzjonijiet. Dawn ivarjaw minn surveying u skoperti ta’ abitati u speċi ġodda fl-ibħra Maltin, protezzjoni ta’ speċi marittimi, allokazzjoni ta’ riżorsi biex jiġu salvagwardati u riabilitati annimali marittimi li jkunu mweġġgħin u l-kampanja ‘Saving Our Blue’.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ERA Kevin Mercieca rringrazzja lill-parteċipanti ta’ din il-laqgħa u għall-impenn tagħhom f'din il-ħidma.

Matul din il-laqgħa, kull stat membru li jagħmel parti mill-Konvenzjoni ta’ Barċellona se jiddiskuti aspetti tekniċi u xjentifiċi li huma assoċjati mal-implimentazzjoni tal-protokoll, li jinkludi aspetti relatati mal-konservazzjoni u l-immaniġġjar taż-żoni kostali u żoni protetti marittimi u speċi ta’ interess madwar il-Baħar Mediterran. Kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet  li jaqgħu taħt  il-programm UNEP/MAP sabiex jintlaħqu l-miri tad-Dikjarazzjoni Kunming tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Konservazzjoni tal-Bijodiversità li ġiet  adottata mill-gvernijiet f’Montreal, il-Kanada, f’Diċembru 2022.

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Malta bi 18-il żona marittima protetta
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Malta bi 18-il żona marittima protetta
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Malta bi 18-il żona marittima protetta
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Malta bi 18-il żona marittima protetta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow