Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftuħ ta’ ċentru ġdid għall-anzjanità attiva f’Pembroke

PR230756
Date Icon 22/05/2023

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, flimkien mat-tmexxija tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke, ħabbar li nfetaħ ċentru ġdid għall-anzjanità attiva f'Pembroke.

Il-Ministru Abela spjega li dan iċ-ċentru se joffri programm ta' attivitajiet għall-anzjani li jgħixu fil-komunità ta' Pembroke u fil-lokalitajiet tal-madwar.

Permezz ta' dan iċ-ċentru, l-anzjani fil-komunità se jkollhom l-opportunità jattendu għal tagħlim u jieħdu sehem f'attivitajiet immirati għall-gruppi ta' anzjani. L-iskop prinċipali ta' dan il-programm huwa biex l-anzjani jissoċjalizzaw u jieħdu gost flimkien f'ambjent fejn iħossuhom komdi.

Il-programm se jikkonsisti f'sessjonijiet darba fil-ġimgħa li jinkludu ħruġ f'postijiet ta' interess, taħditiet dwar suġġetti varji u ħafna iktar. It-taħditiet jinkludu suġġetti bħas-saħħa u s-sigurtà, inkluża s-sigurtà online, informazzjoni rigward servizzi għall-anzjani fil-komunità, l-istorja, ix-xjenza, u suġġetti oħrajn.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jċempel fuq 21650940 jew iżur is-sit aacc.gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftuħ ta’ ċentru ġdid għall-anzjanità attiva f’Pembroke
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftuħ ta’ ċentru ġdid għall-anzjanità attiva f’Pembroke
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftuħ ta’ ċentru ġdid għall-anzjanità attiva f’Pembroke
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftuħ ta’ ċentru ġdid għall-anzjanità attiva f’Pembroke
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow