Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jżur iċ-Ċentru tal-Maltin f’Astoria, New York

PR230754
Date Icon 22/05/2023

Il-Ħadd filgħaxija, il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Vella, akkumpanjati mid-delegazzjoni Maltija, żaru lill-komunità Maltija fiċ-Ċentru tal-Maltin f'Astoria, New York.

Iċ-Ċentru tal-Maltin, li hu mmexxi minn voluntiera, twaqqaf fl-1979 bil-għan li l-Maltin ta' New York ikollhom post fejn jiltaqgħu, jitħaddtu bil-Malti, u jżommu ħajjin it-tradizzjonijiet u l-użanzi Maltin. Fl-1982 ġie inawgurat iċ-ċentru fejn għadha tiltaqa' l-komunità Maltija. Sal-lum għadhom jiġu organizzati, fost oħrajn, iljieli Maltin, attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira, u jiġu ċċelebrati festi bħall-Imnarja, San Pawl, u l-Vitorja, li huma popolari ħafna mal-komunità Maltija. Isiru wkoll lezzjonijiet tat-tisjir ta' ikel Malti, tournaments tal-boċċi, u lezzjonijiet tal-Malti. F'kelmtejn tal-okkażjoni, il-President Vella ħeġġeġ lill-Maltin biex ikomplu b'dawn it-tradizzjonijiet li jgħaqqdu lill-komunità.

Il-President qal li dan il-post oriġinarjament kien iservi ta' wens u kenn għal dawk li emigraw fi New York u l-inħawi. Illum, irrimarka l-President, l-irwol ta' dawn iċ-ċentri nbidel u jservu, fost oħrajn, biex jinxterdu l-identità u l-kultura tagħna l-Maltin, inkluż għat-tagħlim tal-ilsien Malti.

Il-President u s-Sinjura Vella kienu akkumpanjati mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, l-Ambaxxatur ta' Malta għall-Istati Uniti, Godfrey Xuereb, u r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda, Vanessa Frazier.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jżur iċ-Ċentru tal-Maltin f’Astoria, New York
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jżur iċ-Ċentru tal-Maltin f’Astoria, New York
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jżur iċ-Ċentru tal-Maltin f’Astoria, New York
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jżur iċ-Ċentru tal-Maltin f’Astoria, New York
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow