Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Kumpaniji privati Maltin u dawk mill-Ghana bi ftehimiet kummerċjali Numru ta’ kumpaniji Maltin u dawk mill-Ghana, fl-aħħar ġimgħat, laħqu ftehimiet kummerċjali bejniethom u komplew

pr230750
Date Icon 20/05/2023

Numru ta' kumpaniji Maltin u dawk mill-Ghana, fl-aħħar ġimgħat, laħqu ftehimiet kummerċjali bejniethom u komplew isaħħu r-relazzjoni b'saħħitha li diġà teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi fejn jidħol il-kummerċ.

Dan intqal waqt laqgħa bilaterali li kellu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, flimkien mad-Deputat Ministru għall-Kummerċ u l-Industrija tal-Ghana, Michael Okyere Baafi, f'pajjiżna. Din il-laqgħa segwiet dik li saret ftit tax-xhur ilu f'Accra, il-Ghana, bħala parti mill-Forum ta' Negozju li seħħ bis-sehem ta' aktar minn 50 negozjant Malti u Għawdxi. Matul din il-laqgħa, fost oħrajn, ġie diskuss il-ftehim ta' aktar min €10 miljun bejn żewġ kumpaniji fil-qasam tal-kimika u l-materjali fl-industrija tal-kostruzzjoni.

Il-Ministru Ian Borg qal li din il-laqgħa hija xhieda ħajja tar-rieda li hemm bejn iż-żewġ gvernijiet sabiex inkomplu naraw aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa kompla jgħid li l-għatx għan-negozju bejn Malta u l-Ghana huwa wieħed ħaj u hemm bżonn li bħala gvern jibqa' jagħti l-appoġġ lin-negozji Maltin u Għawdxin biex jibqgħu jimirħu barra mill-pajjiż u jkabbru l-operat tagħhom.

Min-naħa tiegħu, id-Deputat Ministru għall-Kummerċ u l-Industrija tal-Ghana, Michael Okyere Baafi, qal li ż-żjara tiegħu f'Malta hija sinjal ċar tar-relazzjoni b'saħħitha li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa qal li jemmen li minkejja diġà sar ħafna, hemm fejn din is-sħubija tkompli teċċella.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Kumpaniji privati Maltin u dawk mill-Ghana bi ftehimiet kummerċjali Numru ta’ kumpaniji Maltin u dawk mill-Ghana, fl-aħħar ġimgħat, laħqu ftehimiet kummerċjali bejniethom u komplew
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Kumpaniji privati Maltin u dawk mill-Ghana bi ftehimiet kummerċjali Numru ta’ kumpaniji Maltin u dawk mill-Ghana, fl-aħħar ġimgħat, laħqu ftehimiet kummerċjali bejniethom u komplew
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Kumpaniji privati Maltin u dawk mill-Ghana bi ftehimiet kummerċjali Numru ta’ kumpaniji Maltin u dawk mill-Ghana, fl-aħħar ġimgħat, laħqu ftehimiet kummerċjali bejniethom u komplew
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Kumpaniji privati Maltin u dawk mill-Ghana bi ftehimiet kummerċjali Numru ta’ kumpaniji Maltin u dawk mill-Ghana, fl-aħħar ġimgħat, laħqu ftehimiet kummerċjali bejniethom u komplew
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow