Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja fil-Parlament ta' Malta: “Omaggio a Malta", Tislima lil Gero Urso, artist Taljan li ħabb lil Malta

pr230747
Date Icon 19/05/2023

Illum, David Agius M.P., Deputy Speakertal-Kamra tad-Deputati, inawgura wirja ta' pittura intitolata “Omaggio a Malta" Tislima lil Gero Urso, artist Taljan li ħabb lil Malta fil-Parlament ta' Malta. Din il-wirja qed tittella' flimkien mal-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi (FFEM). Ix-xogħlijiet ta' Gero Urso huma ispirati minn karattri u xenarji Maltin.

Fis-snin sebgħin u tmenin, Gero Urso kien Malta u ħalla diversi opri f'kollezzjonijiet privati iżda anke wkoll f'postijiet pubbliċi, ġewwa d-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi, il-Murales f'Attard u f'attivitajiet pubbliċi, eżempju fil-Festa ta' Ħbiberija fl-1988 fil-Furjana.

F'kelmtejn tal-okkażjoni, Id-Deputy Speaker tkellem dwar is-sempliċità tal-opri artistiċi ta' Gero Urso. Hu fisser lil Gero Urso bħala esponent ewlieni tal-arti näive.  Minkejja dan, il-pittura ta' Gero Urso hi espressiva ħafna.   Gero Urso għaraf ħafna l-isbuħija tal-ambjent u l-pajsaġġ naturali ta' Malta, bid-Deputy Speaker jisħaq fuq l-importanza ta' azzjoni konkreta favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta' pajjiżna. Hu sellem il-memorja ta' Gero Urso li miet fl-2021, u anke rringrazzja lil martu, is-Sinjura Anna Maria Indino talli laqgħet l-istedina u kienet preżenti għall-ftuħ uffiċjali ta' din il-wirja.

Il-pubbliku huwa mistieden li jżur din il-wirja fil-Parlament ta' Malta mill-20 sal-31 ta' Mejju 2023, mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mid-9.00 ta' filgħodu sal-5.00 ta' filgħaxija, Sibtijiet u Ħdud: mid-9.00 ta' filgħodu san-nofs siegħa (12.30) ta' waranofsinhar.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja fil-Parlament ta' Malta: “Omaggio a Malta", Tislima lil Gero Urso, artist Taljan li ħabb lil Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja fil-Parlament ta' Malta: “Omaggio a Malta", Tislima lil Gero Urso, artist Taljan li ħabb lil Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow