Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-ewwel IBD Clinic f’San Vinċenz de Paul bħala parti minn estensjoni ta’ 17-il klinika speċjalizzati

pr230745
Date Icon 19/05/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela flimkien mat-tmexxija tal-Isptar San Vinċenz de Paul ħabbru estensjoni tas-servizzi ta' Out Patients tal-kura ġerjatrika fl-istess sptar, li se twassal għal 17-il klinika speċjalizzati.

Din l-estensjoni qed issir wara t-tlestija tal-proġett tal-kumpless Rużar Briffa, b'investiment totali ta' €14-il miljun. Fost il-kliniċi speċjalizzati li jagħmlu parti minn din l-estensjoni se jkun hemm dik tal-infjammazzjoni tal-imsaren. Din il-kundizzjoni hija magħrufa bħala IBD.

Il-Ministru Abela spjega li f'Malta għandna aktar minn 2,500 persuna li għandhom din il-kundizzjoni. Huwa tenna li; “Permezz ta' din l-estensjoni se jkollna klinika speċjalizzata f'ambjent multi-dixxiplinarju b'gastroenteroloġisti, dieticians u psikologi biex jipprovdu sapport ħolistiku lill-pazjenti."

Il-Ministru Abela temm jgħid; “Aktar kemm il-popolazzjoni qed tikber aktar qed jinħass il-bżonn ta' aktar servizzi mediċi li jispeċjalizzaw fuq kundizzjonijiet u affarijiet differenti. Bħalissa għaddejja ħidma wkoll sabiex jitwaqqaf ċentru ta' endoskopija speċjalizzata għall-anzjanità. Kommessi li nkomplu naħdmu sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-ewwel IBD Clinic f’San Vinċenz de Paul bħala parti minn estensjoni ta’ 17-il klinika speċjalizzati
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-ewwel IBD Clinic f’San Vinċenz de Paul bħala parti minn estensjoni ta’ 17-il klinika speċjalizzati
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-ewwel IBD Clinic f’San Vinċenz de Paul bħala parti minn estensjoni ta’ 17-il klinika speċjalizzati
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow