AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li potenzjalment huwa kkontaminat bi frak tal-metall.
| Deskrizjoni tal-prodott: | Ħelu forma ta' frott, bit-togħma ta' frott differenti |
| Isem tal-prodott: | Haribo Fruktilurer Frukt & Bär |
| Ditta: | Haribo |
| Dati tad-durabbilità u lottijiet involuti: | 12/2023 (L451-26522-3253901) 01/2024 (L451-29322-3253901) 01/2024 (L451-30022-3253901) 01/2024 (L451-27922-3253902) |
| Użin: | 80g |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://healthservices.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en