Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Is-Sur Peter Paul Coleiro maħtur Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

pr230736
Date Icon 18/05/2023

Is-Sur Peter Paul Coleiro ġie maħtur uffiċjalment direttur ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili, wara li għall-aħħar xhur kien aġent direttur ġenerali tal-istess dipartiment.

Fl-aħħar sentejn, is-Sur Coleiro okkupa l-kariga ta' direttur tal-operazzjoni fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, wara li kien ilu ħames snin fil-kariga ta' deputat direttur u tliet snin oħra fil-kariga ta' maniġer anzjan tal-operazzjonijiet tal-istess dipartiment. Huwa kien ingħaqad mal-Protezzjoni Ċivili fl-2013, wara karriera fil-qasam tat-Trasport u l-ICT. Tul dawn l-aħħar 13-il sena, serva wkoll ta' espert tal-qrati fejn jidħlu investigazzjonijiet ta' nirien.

Is-Sur Peter Paul Coleiro huwa gradwat fil-livell ta' Masters f'Business Administration kif ukoll segwa għadd ta' korsijiet fejn jidħol management u anke nirien.

Il-ħatra tas-Sur Coleiro saret mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, li min-naħa tiegħu awgura lis-Sur Coleiro fil-kariga l-ġdida tiegħu. Huwa qal li l-ħiliet ta' tmexxija tas-Sur Coleiro kienu evidenti b'mod partikolari fl-aħħar xhur, meta d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie msejjaħ jagħti l-għajnuna, u kien minn tal-bidu, barra minn xtutna. Fil-fatt, matul l-aħħar xhur li s-Sur Coleiro kien fit-tmexxija tad-dipartiment, bħala aġent direttur ġenerali, kompla l-investiment bla preċedenti f'dan id-dipartiment.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Is-Sur Peter Paul Coleiro maħtur Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow