Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja ddedikata lit-Twelid tal-Madonna (tal-Belliegħa) f’Ħal Lija

PR230729
Date Icon 17/05/2023

Intemm ix-xogħol ta' restawr fuq il-Knisja ddedikata lit-Twelid tal-Madonna (tal-Belliegħa) f'Ħal Lija taħt il-gwida tad-Direttorat tar-Restawr. Din il-knisja hija waħda minn għaxar proġetti taħt l-iskema tal-Kunsilli Lokali u kien ġie propost mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Ministru Bonnici rringrazzja lill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr tal-ħidma tagħhom favur binjiet storiċi. “Proġetti bħal dawn ikomplu juru biċ-ċar l-impenn tal-Gvern lejn il-wirt kulturali fil-lokalitajiet tagħna.  Dawn iż-żoni jridu jkunu aċċessibbli għal kull min iżurhom filwaqt li jiġi ppreservat il-wirt storiku, kulturali u intanġibbli li jinsab fihom," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija u Kunsilli Lokali oħra li għamlu użu tajjeb minn din l-iskema ta' restawr fejn ipproponew binjiet storiċi fil-lokalità tagħhom biex jiġu restawrati.  Hija ħeġġet lill-Kunsilli Lokali oħra biex jersqu 'l quddiem bi proposti u proġetti ta' restawr għaliex huma jafu l-aħjar x'inhuma l-bżonnijiet tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin.

Is-Sindku tal-lokalità ta' Ħal Lija Anthony Dalli tenna “Permezz ta' dawn l-iskemi qed nieħdu ħsieb il-wirt kulturali ta' pajjiżna. Bħala Kunsill applikajna għal aktar restawr f'Ħal Lija biex b'hekk inkomplu nsebbħu l-lokalità tagħna".

Il-knisja ddedikata lit-Twelid tal-Madonna (tal-Belliegħa) tmur lura sal-1747 meta ġiet mibnija minnflok waħda ddedikata lill-Lunzjata. Ix-xogħol kollu fuq dan il-proġett sar mid-Direttorat tar-Restawr.

Il-Perit responsabbli mix-xogħlijiet Mark Azzopardi ta spjegazzjoni tax-xogħol kollu li sar. Ix-xogħol kien jinkludi intervent sabiex jitneħħa l-periklu minħabba ħsara lil-lanterna, tiswija tad-deffun tal-koppla, l-bejt tal-knisja u s-sagristija, tibdil u tiswija tat-twieqi, tindif tal-faċċata, tikħil tal-fili u tibdil ta' ġebel li kien iddeterjora.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll il-Membri tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija u l-Kappillan Fr Joe Cilia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja ddedikata lit-Twelid tal-Madonna (tal-Belliegħa) f’Ħal Lija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja ddedikata lit-Twelid tal-Madonna (tal-Belliegħa) f’Ħal Lija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja ddedikata lit-Twelid tal-Madonna (tal-Belliegħa) f’Ħal Lija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow