Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Il-Ministru Zrinzo Azzopardi jattendi għal summit dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

PR230723
Date Icon 16/05/2023

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi attenda għal summit fi Stokkolma, bit-tema 'Occupational Safety and Health stocktaking'. Dan is-summit laqqa' madwar 300 delegat fosthom ministri u uffiċjali mill-istati membri kollha u esperti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li l-qasam tax-xogħol bħalissa għaddej minn żewġ proċessi ta' bidliet kbar minħabba t-tranżizzjoni diġitali u t-tibdil fil-klima. Huwa fakkar li l-politika dwar is-saħħa u s-sigurtà waqt il-pandemija kellha rwol kruċjali biex għenet lill-ħaddiema, lin-negozji u lill-gvernijiet jipproteġu l-ħajjiet, fost affarijiet oħra. Saħaq li għandna nitgħallmu minn din l-esperjenza ħalli nkunu ppreparati għal li jista' jinqala' fil-futur.

“Filwaqt li fis-snin li għaddew adattajna għall-isfida tal-pandemija tal-Covid-19, it-tranżizzjonijiet lejn ekonomija diġitali u l-ekonomija l-ħadra qed joħolqu sfidi ġodda li jwasslu għall-bidliet fil-mod kif naħdmu. Dawn l-isfidi qed jitolbu soluzzjonijiet ġodda u dawn għandhom ikunu konformi mad-direttivi Ewropej eżistenti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol," tenna l-ministru.

Waqt is-summit Ewropew organizzat mill-Presidenza Svediża tal-Unjoni Ewropea, ġiet diskussa wkoll is-saħħa mentali tal-ħaddiema.

Dwar din it-tema, il-ministru saħaq dwar l-importanza li għandha tingħata lis-saħħa mentali tal-ħaddiema kollha. Huwa enfasizza li meta sid ta' post tax-xogħol ikollu indikazzjoni ta' problema ta' saħħa mentali fost l-impjegati tiegħu, għandu jittrattaha bl-akbar urġenza u jieħu azzjoni mill-ewwel sabiex il-problema tiġi indirizzata. Huwa tenna li fl-istess waqt għandu jkun hemm aktar għarfien fost l-impjegati ta' kif għandhom jiffaċċjaw dawn is-sitwazzjonijiet fil-postijiet fejn jaħdmu.

“Meta jkunu qed jiġu indirizzati l-aspetti dwar is-saħħa mentali fil-post tax-xogħol fid-dawl ta' dawn l-isfidi ġodda, l-importanti huwa li jkunu żviluppati ħiliet, kompetenzi u riżorsi f'livell ta' intrapriżi billi, fost affarijiet oħra, min iħaddem joffri servizzi protettivi u preventivi li jilqgħu għal dawn l-isfidi."

Il-ministru kkonkluda billi rrefera għall-inizjattiva meħuda mill-Gvern Malti biex ġie stabbilit 'Mental Health Support Unit' aċċessibbli għall-impjegati kollha tal-gvern. Huwa qal li din kienet inizjattiva ta' suċċess tant li  dan il-programm ta' appoġġ għall-impjegati ġie mfaħħar ukoll mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa bħala eżempju ta' prattika tajba.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Il-Ministru Zrinzo Azzopardi jattendi għal summit dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow