Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Inawgurat ċentru għaż-żgħażagħ fl-Imsida

pr230709
Date Icon 12/05/2023

Ġie inawgurat ċentru għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ fl-Imsida, li huwa immirat sabiex jgħin żgħażagħ li jkunu qed jiffaċċjaw xi sfidi soċjali. Dan ġie inawgurat mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon flimkien mat-tmexxija tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) illi se tkun qed tmexxi dan is-servizz ħolistiku.

Dan is-servizz innovattiv se jkun qed jibni fuq il-'youth in focus' li twaqqaf fl-2013 u li kompla jissaħħaħ tliet snin wara permezz tal-'adolescent day programme' u l-'embark for life'. Issa, dawn il-programmi se jkomplu jingħataw b'aktar effiċjenza taħt saqaf wieħed. Kull servizz li ser jingħata minn dan iċ-ċentru huwa immirat sabiex jibni fiduċja u reżiljenza f'dawn l-adolexxenti. Ħafna drabi dawn iż-żgħażagħ ikunu għaddejjin minn diffikultajiet fuq livell personali, familjari u anke finanzjarju.

Għaldaqstant dan is-servizz taħt saqaf wieħed se jkun qed jagħti spinta u sostenn kontinwu lil dawn iż-żgħażagħ sabiex ikomplu jesploraw ħiliet u talenti moħbija fihom infushom. Din il-faċilità ser tkun qed tgħin ukoll sabiex l-interventi maż-żgħażagħ isiru f'ambjent li huma jirrelataw miegħu u jħossuhom komdi f'ambjent informali.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dan huwa mod ieħor ta' kif jindirizzaw il-bżonnijiet taż-żgħażagħ, fejn permezz ta' din l-outreach, huma stess iħossuhom komdi jkomplu jinvestu fihom infushom u l-futur tagħhom. “Aktar minn hekk, ngħinuhom isaħħu l-ħiliet tagħhom biex ikollhom opportunitajiet ta' xogħol, filwaqt li nagħtu l-għodod edukattivi u akkademiċi kollha sabiex nimmassimizzaw il-potenzjal ta' kull wieħed minnhom," temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Inawgurat ċentru għaż-żgħażagħ fl-Imsida
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Inawgurat ċentru għaż-żgħażagħ fl-Imsida
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow