Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Negozji Maltin jespandu fir-Rwanda

PR230692
Date Icon 11/05/2023

Waqt li kien qiegħed fuq żjara uffiċjali fir-Rwanda, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kellu żjara għand żewġ negozji Maltin li anke bl-appoġġ ta' Trade Malta komplew jespandu u jkabbru l-operat tagħhom f'dan il-pajjiż.

Il-Ministru Borg kellu l-opportunità' li jżur lill-ħaddiema u t-tmexxija tal-kumpanija Salvo Grima li topera fis-settur tal-loġistika u d-distribuzzjoni. Clyde Micallef, General Manager tal-kumpanija fil-kontinent Afrikan, spjega x-xogħol li qed isir u kif in-negozju integra f'dan il-pajjiż u l-madwar u li l-kumpanija tħaddem aktar minn 100 impjegat.

Min-naħa l-oħra, il-Ministru żar ukoll il-kumpanija Trust Stamp li topera fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali. Il-Kap tat-Teknoloġija Scott Francis sostna li huwa ta' unur li ta' kuljum jikkollaboraw flimkien ma' pajjiżna biex joħorġu b'dawn is-servizzi innovattivi.

Il-Ministru sostna kif il-Gvern Malti se jibqa' jara li jkun ta' appoġġ għal aktar negozji biex jespandu lil hinn minn xtutna.

Matul din iż-żjara l-Ministru Borg kellu laqgħa mal-Kap Eżekuttiv Dr Diane Karusisi tal-akbar bank kummerċjali fir-Rwanda, il-Bank of Kigali. Hawnhekk komplew jiġu esplorati l-possibilitajiet biex aktar negozji Maltin u Għawdxin jespandu f'dan il-pajjiż tant importanti fil-qalba tal-kontinent tal-Afrika. Il-Ministru spjega kif hija parti essenzjali mill-istrateġija tal-politika barranija ta' Malta li naraw kif intejbu l-benefiċċji għan-negozji meta jinvestu hawnhekk.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ukoll wera r-rispett tal-Gvern Malti fuq il-mafkar tal-Ġenoċidju ta' Kigali. Huwa onora l-ħajja tal-miljun persuna li fl-1994 tilfu ħajjithom minħabba razziżmu u mibegħda minn numru ta' estremisti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Negozji Maltin jespandu fir-Rwanda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Negozji Maltin jespandu fir-Rwanda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Negozji Maltin jespandu fir-Rwanda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Negozji Maltin jespandu fir-Rwanda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow