Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-anzjani u persuni b’diżabilità se jitgħallmu l-informatika b’xejn fil-kunsilli lokali tagħhom

pr230688
Date Icon 10/05/2023

It-tagħlim tal-informatika se jibda jsir b'xejn fil-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex. Dan wara li llum ġie ffirmat ftehim bejn il-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġija Informatika (FITA) u l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali li kien ppressedut mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti sostna li, “Irridu li l-anzjani, nies vulnerabbli u nies b'diżabilità jkunu aktar indipendenti u jkollhom kwalità ta' ħajja aħjar fil-komunitajiet tagħna. Dan il-ftehim se jwassal sabiex dawn in-nies jiġu mħarrġa biex ikunu jistgħu jagħmlu użu tajjeb mill-mezzi teknoloġiċi li nsibu llum." Huwa kompla li permezz tal-FITA, li ilha taħdem għal ħafna snin sabiex twassal it-tagħlim tal-informatika lil min għandu l-aktar bżonn, qed ikomplu jwasslu l-valuri tal-inklussività.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li dan il-proġett huwa eżempju ieħor tal-kontribut li jagħtu l-kunsilli lokali fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti fil-lokalitajiet. “Permezz ta' għarfien u taħriġ fuq id-diġitalizzazzjoni, anzjani u persuni b'diżabilità ser ikollhom għodda li permezz tagħha ser ikunu aktar indipendenti, billi jipparteċipaw u jikkomunikaw b'mod virtwali, fost oħrajn," spjegat is-segretarju parlamentari.

Il-Kap Eżekuttiv tal-FITA, Carlo Stivala tkellem dwar is-servizzi li ilhom joffru lin-nies vulnerabbli u b'diżabilità tul l-aħħar snin. “Is-servizzi li toffri l-FITA qed jiġu użati dejjem aktar min-nies vulnerabbli jew b'diżabilità sabiex ikunu aktar midħla tat-teknoloġija u jużawha sabiex itejbu l-kwalità ta' ħajja tagħhom. Permezz ta' dan il-ftehim qegħdin niddeċentralizzaw is-servizzi tagħna billi minflok jiġu huma jżuruna, immorru aħna fil-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex nagħtu t-taħriġ tal-informatika meħtieġ," temm jgħid is-Sur Stivala.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali Mario Fava stqarr li dan il-ftehim se jwassal għal aktar xogħol fdat fi ħdan il-kunsilli lokali. “Irridu nressqu aktar lin-nies lejn il-kunsilli lokali sabiex ikunu jafu s-servizzi kollha li jiġu offruti biex itejbu l-kwalità ta' ħajja tan-nies, f'dan il-każ lil nies vulnerabbli bħall-anzjani u nies b'diżabilità," qal is-Sur Fava. Huwa temm jgħid li t-taħriġ offrut mill-FITA se jwassal għal aktar indipendenza ta' nies vulnerabbli u nies b'diżabilità biex b'hekk jibqgħu jgħixu ħajja attiva fid-djar u l-komunitajiet tagħhom.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-anzjani u persuni b’diżabilità se jitgħallmu l-informatika b’xejn fil-kunsilli lokali tagħhom
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow