Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI

PR230685
Date Icon 10/05/2023

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jirreferi għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-Ħaddiema tal-Pjattaformi. Sfortunatament, l-istqarrija tal-Oppożizzjoni hija bbażata fuq fatti żbaljati. Saħansitra, l-Oppożizzjoni titkellem fuq direttiva tal-Unjoni Ewropea li skontha l-Gvern għamel 'copy u paste' tagħhom meta din id-direttiva kellha u għandha skop differenti minn dak li tirregola l-liġi tal-pjattaforma li introduċa l-Gvern Malti.

Tant hu hekk, li bħalissa fuq livell Ewropew, qed tiġi diskussa Direttiva oħra li tikkonċerna l-ħaddiema tal-pjattaformi, bil-liġi Maltija tkun waħda mill-mudelli li diversi membri stati, imma wkoll partijiet interessati oħrajn, qed jimbuttaw 'il quddiem bħala mudell għal-liġi Ewropea. Dan jista' jiġi kkonfermat mill-unions ewlenin Maltin.

Fir-rigward tat-tisħiħ tad-DIER, il-Gvern josserva li x-xogħol f'dan ir-rigward hu kontinwu tant li din hija wkoll proposta elettorali, u x-xogħol f'dan il-qasam jinsab għaddej.

Fl-aħħar nett, il-Gvern jassigura li kull rapport li jidħol għand id-DIER, jittieħed bis-serjetà, u jiġi investigat, anke jekk isir b'mod anonimu. Għaldaqstant, huwa importanti li kull ħaddiem li jħoss li qiegħed jiġi sfruttat, jagħmel rapport minnufih. Sadanittant, id-DIER ser ikompli għaddej bl-investigazzjonijiet tiegħu li jsiru minn żmien għal żmien.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow