Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Tnedija tal-Istrateġija tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana

pr230680
Date Icon 09/05/2023

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Taxxa (CfR) nieda pjan strateġiku ta' tliet snin, li jkopri l-perjodu mill-2023 sal-2025.

L-istrateġija se tittrasforma lis-CfR f'amministrazzjoni adattata għall-ekonomija li qed tevolvi filwaqt li tagħmel użu mill-benefiċċji tat-teknoloġija moderna. Ġie spjegat li l-ewwel pass se jkun li d-dipartimenti responsabbli mit-Taxxa fuq id-Dħul u t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud jingħaqdu mad-Dipartiment tad-Dwana. B'hekk dawn l-entitajiet se jkunu qed jiffurmaw l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana.

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana laqa' l-azzjonijiet ippreżentati f'dan il-pjan strateġiku u sostna li dan id-dokument huwa riżultat ta' ħidma intensiva matul dawn l-aħħar sentejn. L-istrateġija hija maħsuba biex pajjiżna jkollu sistema tat-taxxa aktar effiċjenti u tiżgura l-ġbir tat-taxxi kollha dovuti.

“Tabilħaqq, il-mentalità ta' dewmien tal-pagamenti dovuti u n-nuqqas ta' konformità jeħtieġ li tinbidel għall-fini ta' governanza tajba u ġusta. Żieda fil-konformità u l-effiċjenza tippermetti wkoll li l-piż tat-taxxa ta'  Malta jibqa'  relattivament baxx meta mqabbel mal-kontropartijiet Ewropej u b'hekk issostni l-iżvilupp ekonomiku u t-tkabbir tas-suq tax-xogħol," qal il-Ministru Caruana.

Id-dokument huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa cfr.gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Tnedija tal-Istrateġija tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Tnedija tal-Istrateġija tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Tnedija tal-Istrateġija tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Tnedija tal-Istrateġija tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow