Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imniedi l-prospett tal-Istitut għall-Edukazzjoni b’korsijiet kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-ġenituri

pr230667
Date Icon 07/05/2023

Tnieda l-Prospett għall-Istitut għall-Edukazzjoni għas-sena akkademika 2023-2024, b'40 kors ta' kwalifika, 47 korsijiet qosra akkreditati, 34 sessjoni mhux akkreditati immirati għall-ġenituri/kustodji tat-tfal u 49 sessjoni mhux akkreditati għall-edukaturi biex ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom. Dan il-prospett jinkludi 4 korsijiet ta' kwalifiki ġodda, Bachelor of Education (Hons) Media Literacy; Master of Education Teaching Students with Disabilities; Master of Education (Top-Up) u Master in Applied Educational Leadership (Top-Up).

“Kull sena akkademika, l-Istitut għall-Edukazzjoni qed ikabbar l-opportunitajiet għall-edukaturi biex dawn ikomplu jitħarrġu fil-professjoni tagħhom. Dan l-istitut qed jagħmel ġid kbir lill-ġenerazzjonijiet li telgħin, għaliex qiegħed jagħti opportunitajiet kbar lill-edukaturi ta' wliedna, kif qed naraw f'dan il-prospett, b'korsijiet kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-ġenituri. Biex ikollna sistema edukattiva kontinwament aġġornata rridu nkomplu ninvestu fil-ħiliet tar-riżors uman f'dan is-settur, allura l-edukaturi tagħna," qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt li nieda l-prospett.

Il-prospett fih firxa vasta ta' korsijiet fl-isfera edukattiva bil-għan li jipprovdu lill-edukaturi bi strateġiji effettivi ħalli jkunu jistgħu jindirizzaw il-bżonnijiet edukattivi tal-lum filwaqt li l-korsijiet iħarsu wkoll lejn l-iżvilupp tal-edukatur għal professjonist uniku u ħolistiku.

Il-Ministru Grima faħħar ix-xogħol dedikat u b'impenn tal-istitut u qal li dan l-istitut qed ikattar il-ġid fost l-edukaturi, dawk li jridu javvanzaw fil-karriera tagħhom, dawk li qed jaspiraw li jkunu edukaturi u wkoll il-ġenituri ta' wliedna. Huwa enfasizza li l-aqwa riżors li għandu pajjiżna huwa dak uman u għalhekk il-ħidma kollettiva li ssir biex jingħataw l-opportunitajiet kollha possibbli lill-edukaturi f'taħriġ akkademiku, u wkoll f'taħriġ vokazzjonali u edukattiv.

Mal-Istitut għall-Edukazzjoni hemm ukoll kollaborazzjoni ta' entitajiet oħra biex permezz tagħhom dak li joffri l-prospett huma verament opportunitajiet ta' kwalità għolja għall-edukaturi u għalhekk irawwem komunitajiet ta' tagħlim tal-ogħla livell filwaqt li jnissel edukazzjoni b'ekwità u ġustizzja soċjali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut għall-Edukazzjoni Joanne Grima tat ħarsa lejn il-korsijiet offruti f'dan il-prospett u qalet li dan huwa riżultat ta' ħidma kollettiva tal-istitut, li kull sena jħares lejn aktar kollaborazzjonijiet u korsijiet ġodda biex jitkattru l-opportunitajiet għal dawk li jridu karriera f'dan is-settur.

Bħalissa fl-Istitut għall-Edukazzjoni hemm madwar 400 persuna li qed jitħarrġu biex jiksbu kwalifika u 57 parteċipant f'korsijiet qosra u akkreditati. Matul din is-sena akkademika resqu iktar minn 135 ġenitur biex jitħarrġu f'suġġetti varji u biex ikunu iktar ippreparati biex jgħinu lit-tfal tagħhom filwaqt li 173 edukatur ieħor għażlu sessjonijiet ta' taħriġ mhux akkreditat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imniedi l-prospett tal-Istitut għall-Edukazzjoni b’korsijiet kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-ġenituri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imniedi l-prospett tal-Istitut għall-Edukazzjoni b’korsijiet kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-ġenituri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imniedi l-prospett tal-Istitut għall-Edukazzjoni b’korsijiet kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-ġenituri
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow