STQARRIJA MILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
pr230666
06/05/2023
Grupp ta' suldati mill-Forzi Armati ta' Malta pparteċipaw fiċ-ċerimonja tar-Re Karlu III, fejn ġie nkurunat bħala l-kap tal-monarkija tar-Renju Unit, nhar is-Sibt 6 ta' Mejju 2023.
Il-Forzi Armati ta' Malta laqgħu stedina tal-Commonwealth sabiex jakkumpanjaw lill-Maestà tagħhom ir-Re u r-Reġina Consort, minn Westminster Abbey lura għal Buckingham Palace.
Għalhekk, grupp ta' għaxar membri tal-Forzi Armati ta' Malta llum ingħaqdu ma' rappreżentanti ta' forzi oħrajn, minn nazzjonijiet oħra membri tal-Commonwealth, f'dan l-avveniment storiku.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en