Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU One Republic f’pajjiżna għall-Isle of MTV Malta ta’ nhar it-18 ta' Lulju li ġej

pr230660
Date Icon 05/05/2023

Il-band internazzjonali One Republic ser tkun fost l-attrazzjonijiet ewlenin tal-Isle of MTV Malta ta' nhar it-18 ta' Lulju li ġej.

Dan il-kunċert ser ikun qiegħed jitella' għal 15-il darba minn mindu ra l-bidu tiegħu f'pajjiżna. Iżjed artisti internazzjonali u lokali ser ikunu qegħdin jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt it-tnedija tal-edizzjoni tal-Isle of MTV ta' din is-sena mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u ċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia fil-preżenza ta' Russell Samuel mill-kumpanija Paramount.

Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq kif l-attivitajiet kulturali u ta' divertiment kapaċi jgħinu biex pajjiżna jkun mogħni b'komunità li tkun iżjed b'saħħitha. “L-Isle of MTV sar parti integrali mill-kalendarju ta' divertiment lokali. Dan għaliex mhux biss jiġbor eluf ta' dilettanti tal-mużika minn madwar l-Ewropa kollha iżda huwa pjattaforma importanti li permezz tagħha Malta tkompli ttejjeb il-viżibilità tagħha bħala destinazzjoni attraenti fid-dinja tal-kunċerti u l-mużika," irrimarka l-Ministru Bartolo.

Il-Ministru żied jgħid li dan il-festival, apparti li jiġbed lejh artisti ta' fama internazzjonali, joffri opportunità lill-artisti Maltin biex jesebixxu t-talenti tagħhom quddiem l-eluf li jattendu għal dan il-kunċert.

Iċ-Chairman Gavin Gulia tenna l-impenn tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li tkompli tinċentiva u ssaħħaħ il-prodott turistiku ta' pajjiżna permezz ta' avvenimenti li jolqtu kull esiġenza tat-turisti tal-lum il-ġurnata.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU One Republic f’pajjiżna għall-Isle of MTV Malta ta’ nhar it-18 ta' Lulju li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU One Republic f’pajjiżna għall-Isle of MTV Malta ta’ nhar it-18 ta' Lulju li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU One Republic f’pajjiżna għall-Isle of MTV Malta ta’ nhar it-18 ta' Lulju li ġej
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow