Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Malta għaddejja b’ħidma favur housing affordabbli flimkien ma’ xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ djar b’karattru Malti

pr230657
Date Icon 05/05/2023

Matul il-jum tal-Ħamis, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi indirizza l-Konferenza Ministerjali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli Urban organizzata mill-Unjoni tal-Mediterran li saret fil-kapitali tal-Kroazja, Zagreb.

Waqt din il-konferenza, il-Gvern Malti laqa' d-dikjarazzjoni politika tal-Unjoni tal-Mediterran biex tkun żviluppata gwida ta' azzjonijiet strateġiċi fuq l-iżvilupp urban sostenibbli fir-reġjun kollu tal-Mediterran. Din id-dikjarazzjoni kienet inkluża fid-dokument finali tal-konferenza ministerjali.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi f'diskors li għamel lill-konferenza ħeġġeġ biex l-azzjonijiet li jitfasslu għall-iżvilupp urban sostenibbli jkunu jippermettu li dawn jiġu addattati skont l-għanijiet u l-miri ta' stati rispettivi. Huwa enfasizza li Malta għandha karatteristiċi uniċi minħabba d-daqs tagħha u għaldaqstant stati żgħar bħal Malta jridu jiffukaw fuq dawn il-partikolaritajiet lokali.

Fl-isfond ta' dan, il-Ministru stqarr li l-Gvern Malti se jkompli jagħti prijorità lill-politika tiegħu favur housing affordabbli u anke jsaħħaħ l-inizjattivi li diġà ttieħdu biex tkompli ssir riġenerazzjoni ta' postijiet ta' abitazzjoni antiki fil-qalba tal-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin.

Huwa tenna li l-pajjiżi kollha li għandhom kosta fil-Mediterran għandhom responsabbiltajiet u sfidi komuni u għaldaqstant iridu jimxu flimkien biex jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima billi fost affarijiet oħra jinvestu favur aktar sostenibbiltà.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi ltaqa' ma' diversi ministri mir-reġjun tal-Mediterran, b'responsabbiltajiet varji dwar il-kostruzzjoni, l-ippjanar u l-iżvilupp urban, li attendew il-konferenza li kienet organizzata mill-Unjoni tal-Mediterran u l-Gvern tal-Kroazja. L-Unjoni Ewropea kienet rappreżentata fil-Konferenza mill-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riformi Elisa Ferreira.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Malta għaddejja b’ħidma favur housing affordabbli flimkien ma’ xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ djar b’karattru Malti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Malta għaddejja b’ħidma favur housing affordabbli flimkien ma’ xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ djar b’karattru Malti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow