Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Kollaborazzjoni sħiħa mal-mezzi tax-xandir fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

pr230653
Date Icon 04/05/2023

“Il-Logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar huma tal-atleti u sportivi daqs kemm huma tal-poplu Malti u Għawdxi kollu u għalhekk se naraw li dawn il-logħob jaslu fid-djar tagħna biex kulħadd ikun jista' jgawdi minn spettaklu sportiv". Dan ħabbru l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn matulha ngħataw dettalji tar-rwol importanti li se jkollhom il-mezzi tax-xandir f'dan l-avveniment internazzjonali.

Ġie spjegat li wara diskussjonijiet li saru, intlaħaq qbil biex ix-Xandir Nazzjonali jikkoordina x-xandiriet bejn it-tliet stazzjonijiet il-kbar li flimkien ma' numru ta' kumpaniji privati se jikkoordinaw ir-riżorsi tagħhom biex ikunu jistgħu jwasslu l-logħob fid-djar.

Il-pubbliku se jkun jista' jmur fil-faċilitajiet sportivi fejn se jkun qed isir il-logħob, madankollu dawk li ma jistgħux joħorġu mid-djar tagħhom għal raġuni jew oħra, se jkunu jistgħu jsegwu trasmissjonijiet frekwenti matul il-jiem kollha tal-logħob. Dawn it-trażmissjonijiet jinkludu kemm l-avvenimenti sportivi nfushom u trasmissjonijiet oħrajn marbutin ma' dak li jkun għaddej f'kull kompetizzjoni. Fost dawn, intervisti tekniċi, intervisti mal-atleti u l-għoti tal-medalji lir-rebbieħa.

Il-Ministru Clifton Grima tkellem dwar l-entużjażmu li hemm mhux biss fost l-atleti u l-isportivi, imma wkoll fil-Kumitat Organizzattiv li ilhom għaddejjin bil-preparamenti minn meta kien magħruf li Malta se tospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

“Qed ikolli rispons eċċellenti mill-kollegi tiegħi l-ministri responsabbli għall-isport ta' dawk il-pajjiżi li se jkunu rrappreżentati f'pajjiżna. L-istennija biex jiġu fostna hija waħda kbira, speċjalment meta wieħed jiftakar li fi żmien il-pandemija dan l-avveniment ma' sarx. Pajjiżna se jilħaq l-aspettattivi kollha, għaliex il-ħidma li saret u li bħalissa tinsab fil-qofol tagħha se tagħti r-riżultati mistennija," qal il-Ministru Grima.

Huwa faħħar ukoll l-impenn tal-atleti u sportivi li se jirrappreżentaw lil pajjiżna fid-diversi dixxiplini sportivi. Qal li huwa ta' sodisfazzjon li jara l-impenn u d-dedikazzjoni ta' dawk kollha involuti, l-atleti, il-professjonisti li jħarrġuhom, il-ħaddiema kollha li kienu involuti fid-diversi faċilitajiet sportivi li se jintużaw u l-organizzaturi, li qed jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f'pajjiżna jkunu mera ta' dak kollu li joffru Malta u Għawdex fis-settur sportiv.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Sport Malta, Mark Cutajar, tkellem dwar l-aħħar preparamenti li għaddejjin bħalissa. Intqal li fit-12 ta' Mejju se jkun qed jitħabbar il-kontinġent Malti f'dan il-logħob. “Issa li qed noqorbu lejn l-aħħar tliet ġimgħat, il-preparazzjonijiet kollha għaddejjin b'ritmu mgħaġġel. Għaddej ukoll ix-xogħol fuq il-Fosos fejn qed tintrama l-infrastruttura għaċ-ċerimonja tal-ftuħ," stqarr is-Sur Cutajar. 

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ se ssir fid-29 ta' Mejju fid-20:45 ta' filgħaxija fuq il-Fosos tal-Furjana.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Kollaborazzjoni sħiħa mal-mezzi tax-xandir fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Kollaborazzjoni sħiħa mal-mezzi tax-xandir fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow