Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Malta tospita l-14-il konferenza tan-NADAL network

pr230652
Date Icon 04/05/2023

Pajjiżna bħalissa qed jospita konferenza tan-NADAL Network li tiġbor fi ħdanha l-prosekuturi ewlenin tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropeja. L-14-il edizzjoni ta' din il-konferenza hija mifruxa fuq tlett ijiem.

Tul dawn it-tlett ijiem il-prosekuturi qed jiltaqgħu f'Malta biex jiddiskutu numru ta' temi ewlenin fosthom il-protezzjoni tad-data u l-ġlieda kontra r-reati finanzjarji, l-liġi kriminali ambjentali u kif ukoll il-futur tan-NADAL network.

Fil-ftuħ tal-konferenza, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard saħaq dwar kif il-gvern qiegħed jagħmel investiment bla preċedent fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, imsejjes fuq tliet pilastri. Dawn il-pilastri huma titjieb fir-riżorsa umana, l-investiment infrastrutturali u l-implimentazzjoni ta' diversi riformi biex tiġi indirizzata l-effiċjenza tal-ġustizzja. Il-Ministru Attard irrimarka dwar kif fl-aħħar jiem pajjiżna laqa' lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders, fejn tul iż-żjara saru numru ta' laqgħat pożittivi inkluż mal-Avukat Ġenerali fejn ġie nnotat ix-xogħol li qed isir fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil ta' flus.

“L-iskambju ta' għarfien u prattiċi tajba, speċjalment f'oqsma li jittrattaw il-kumplessitajiet emerġenti f'każijiet kriminali, għandu jiġi mħeġġeġ u jitrawwem aktar, sakemm dan isir fil-kuntest ta' rispett reċiproku lejn is-sistemi legali nazzjonali u t-tradizzjonijiet ta' xulxin," qal il-Ministru Attard.

L-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg tat sfond tas-suġġetti li qegħdin fuq l-aġenda tal-konferenza u tenniet li din m'għandiex biss iservi bħala fora ta' diskussjoni, iżda għandha wkoll toffri l-opportunità li ssaħħaħ l-kooperazzjoni bejn l-Istati biex tkun miġġielda l-kriminalità transkonfinali.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-Imħallef Lorraine Schembri Orland, rappreżentanti tal-EPPO, Eurojust u ETJN, kif ukoll minn numru ta' prosekuturi minn diversi Stati Membri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Malta tospita l-14-il konferenza tan-NADAL network
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Malta tospita l-14-il konferenza tan-NADAL network
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Malta tospita l-14-il konferenza tan-NADAL network
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow