Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inizjattiva li tħeġġeġ l-anzjanità attiva permezz tal-arti

pr230650
Date Icon 04/05/2023

Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar, bħala l-Kunsill Reġjonali tal-Kultura 2023, qiegħed jorganizza diversi attivitajiet soċjo-kulturali u inizjattivi li jippromwovu l-kultura lokali tal-irħula fir-Reġjun u dak kollu li jsawwarha. Waħda mill-inizjattivi li qiegħed jimplimenta dan ir-Reġjun huma sensiela ta' sessjonijiet tal-arti għall-anzjani residenti fil-lokalitajiet fi ħdan ir-Reġjun tan-Nofsinhar, bl-isem “Art for Active Ageing". Dan il-proġett qiegħed jiġi organizzat b'kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar u d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli żaru lill-anzjani waqt waħda mis-sessjonijiet tal-arti fiċ-ċentru ta' matul il-jum f' Ħal Qormi, fejn raw lill-anzjani jipprattikaw l-arti.

Il-Ministru Abela spjega li l-għan ewlieni ta' dawn is-sessjonijiet kien sabiex filwaqt li l-anzjani jħossu sens ta' komunità u sostenn soċjali, jibbenefikaw wkoll mill-benefiċċji li toffri l-arti. Studji xjentifiċi juru li l-prattika tal-arti tgħin u ssaħħaħ is-saħħa fiżika, konjittiva u soċjali fl-anzjani. “Kommessi li nkomplu ngħinu lill-anzjani jibqgħu fi stat pożittiv u attiv permezz ta' inizjattivi bħal dawn," temm jgħid il-Ministru Abela.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari stqarret li permezz ta' din l-inizjattiva, l-anzjani qed jingħataw l-opportunità li jipprattikaw dak li qegħdin jitgħallmu. Hija faħħret lill-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar tal-impenn tiegħu favur l-inklużjoni. “Hija xi ħaġa ferm pożittiva li l-programm tar-Reġjun Kulturali jinkludi fih attivitajiet u proġetti varji li jinkludu ġenerazzjonijiet differenti" temmet tgħid Zerafa Civelli.

Dawn is-sessjonijiet s'issa saru f'erba' lokalitajiet differenti, Marsaskala, iż-Żejtun, Birżebbuġa u Ħal Qormi. Dawn qed isiru fiċ-ċentri ta' matul il-jum fil-lokalitajiet rispettivi, b'massimu ta' ħames sessjonijiet f'kull lokalità.

Il-President tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar, Jesmond Aquilina qal li r-rispons tal-anzjani għal dawn is-sessjonijiet kien wieħed pożittiv u li l-Kunsill ser ikompli jaħdem sabiex fil-futur isiru aktar inizjattivi favur l-anzjani u sabiex tkompli tiġi minimizzata l-problema tas-solitudni. 

Dawn is-sessjonijiet tal-arti qed isiru mill-artist lokali Ryan Galea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inizjattiva li tħeġġeġ l-anzjanità attiva permezz tal-arti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inizjattiva li tħeġġeġ l-anzjanità attiva permezz tal-arti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inizjattiva li tħeġġeġ l-anzjanità attiva permezz tal-arti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inizjattiva li tħeġġeġ l-anzjanità attiva permezz tal-arti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow