Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella u s-Sinjura Vella jħallu Malta biex jattendu għall-Inkurunazzjoni tar-Re Karlu III

pr230646
Date Icon 04/05/2023

Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta dalgħodu għal żjara fir-Renju Unit. Huma ġew mistiedna biex jattendu għall-Inkurunazzjoni tar-Re Karlu III u r-Reġina Camilla f'Westminster Abbey f'Londra.

Il-President Vella se jattendi, fost oħrajn, għal avveniment mal-kapijiet tal-Pajjiżi tal-Commonwealth ad unur tar-Re Karlu III organizzat mis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth f'Marlborough House u għal avveniment għall-mistednin tal-inkurunazzjoni tar-Re Karlu III u r-Reġina Camilla fil-Palazz Buckingham.

Sakemm il-President Vella se jkun impenjat biż-żjara fir-Renju Unit, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta' Aġent President ta' Malta. Il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar it-Tnejn, 8 ta' Mejju 2023.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow