Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI L-aħħar xahar għall-first-time buyers li xtraw proprjetà fl-2022 biex japplikaw għall-għotja ta’ €10,000

PR230640
Date Icon 03/05/2023

F'xahrejn applikaw aktar minn 2,500 first-time buyer

Matul ix-xahar ta' Mejju, dawk il-first-time buyers li matul l-2022 saru sidien ta' darhom, għandhom l-aħħar ċans biex japplikaw għall-għotja tal-€10,000 fuq medda ta' 10 snin, hekk kif imħabbra fil-Budget 2023.

Minn meta ġiet implimentata din il-miżura, lura għal Frar ta' din is-sena, applikaw aktar minn 2,500 first-time buyer li xtraw proprjetà għall-ewwel darba mill-1 ta' Jannar 2022 'il quddiem.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, f'konferenza tal-aħbarijiet fejn matulha ta rendikont tas-suċċess u l-impatt li qed tħalli din il-miżura f'inqas minn xahrejn.

“Il-politika tal-Gvern fis-settur tal-akkomodazzjoni dejjem rat l-isfidi u r-realtajiet preżenti u aġixxiet skont il-bżonn neċessarju." Il-Ministru żied li l-għotja ta' €10,000 lill-first-time buyers huwa l-ewwel pass minn pass akbar li l-Gvern se jkun qiegħed jieħu fis-snin li ġejjin biex jassigura akkomodazzjoni affordabbli. Huwa enfasizza li “m'aħniex kuntenti li ngħinu persuna jew familja titla' s-sellum tal-proprjetà, irridu li dawn in-nies jibqgħu fis-suq u aktar minn hekk javvanzaw 'il fuq, biex nassiguraw saqaf dinjituż u diċenti."

Il-Ministru rrimarka wkoll kif mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena, l-Awtorità tad-Djar irreġistrat aktar minn 3,250 applikazzjoni ta' nies li ġejjin minn faxex differenti tas-soċjetà li l-awtorità bi skemi u servizzi differenti qed tassigura li jgħixu ħajja ta' kwalità.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa qal li fl-ewwel ftit xhur ta' din is-sena l-awtorità implimentat b'suċċess din l-iskema bi proċess effiċjenti li jevita il-burokrazija żejda filwaqt li jassigura li ma jkunx hemm abbużi. Huwa temm jgħid li bħalissa għaddejja ħidma biex f'Ġunju joħorġu l-ewwel għotjiet.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI L-aħħar xahar għall-first-time buyers li xtraw proprjetà fl-2022 biex japplikaw għall-għotja ta’ €10,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI L-aħħar xahar għall-first-time buyers li xtraw proprjetà fl-2022 biex japplikaw għall-għotja ta’ €10,000
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow