Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Fl-aħħar 10 snin iddaħħlu diversi miżuri u riformi soċjali biex jipprovdu firxa ta’ għajnuniet finanzjarji lil benefiċjarji nonkontributorji

pr230635
Date Icon 02/05/2023

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal ħa nota tal-pubblikazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) tar-rapport ta' awditjar intitolat 'Ensuring fair non-contributory social benefits and safeguarding against related fraud',li kellu jistħarreġ l-operat tal-Unit tal-Osservanza tal-Benefiċċji. Ir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport ser jiġu kkunsidrati biex skont u fejn meħtieġ tittieħed azzjoni.

B'rabta ma' kummenti ulterjuri li saru fir-rapport, filwaqt li l-ministeru jieħu nota, jirrimarka l-investiment soċjali li qed isir biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja, mhux b'inqas ta' dawk vulnerabbli. L-analiżi li saret b'mod arbitrarju ffukat fuq tip wieħed ta' familja biex jinstab jekk id-dħul disponibbli ta' din il-familja, fejn l-ebda wieħed mill-membri tagħha mhu f'qagħda li jaħdem, ikunx biżżejjed biex ilaħħqu mill-ħtiġiet bażiċi.

Huwa sew magħruf li x-xibka ta' ħarsien soċjali f'dawn l-aħħar snin issaħħet sew bil-varar ta' riformi soċjali u titjib fil-benefiċċji bil-għan li tkun tista' tilqa' għal sfidi u għal aspirazzjonijiet li minn żmien għall-ieħor jinbidlu.

Flimkien ma' miżuri maħsuba biex tissaħħaħ l-adegwatezza tal-pensjonijiet u l-assistenza għall-anzjani u għall-familji vulnerabbli, il-gvern introduċa inizjattivi biex iħajru persuni jinqatgħu mid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali u tad-diżimpjieg u jsibu mpjieg li jagħtihom sigurtà finanzjarja. Dawn l-inizjattivi għenu biex tonqos iż-żieda fil-benefiċjarji li sas-2014 u l-2015  kienet dejjem qed tikber u wasslu biex eluf ta' persuni, l-aktar nisa u ġenituri waħedhom, li mhux biss sabu impjieg, iżda aktar minn hekk baqgħu fid-dinja tax-xogħol.

L-iskop aħħari tas-sistema tal-benefiċċji mhux kontributorji, b'mod partikulari dawk li jiddependu minn test tal-mezzi, ċertament mhux intiża biex tipprovdi kumdità finanzjarja għal individwi li jistgħu jaħdmu bi qliegħ jew li għandhom ġid sinifikanti. Kuntrarjament, dawn huma mmirati biex jagħtu sostenn lil familji bi dħul baxx u persuni li bla ma jridu, qed jiddependu fuq il-ħarsien soċjali minħabba ċirkustanzi tal-ħajja, kundizzjonijiet ta' saħħa jew diżabilità u li jxekkluhom li jsibu mpjieg. Għalhekk f'dawn l-aħħar għaxar snin tnedew miżuri u riformi bil-għan li jitkattar id-dħul tagħhom kif ukoll is-servizzi li jirċievu.

Dawn jinkludu riformi mfassla biex jgħinu aktar persuni b'diżabilità severa u dawk li jieħdu ħsieb qrabathom, il-ħlas sħiħ tal-COLA minflok żewġ terzi kif kien isir lil benefiċjarji fuq l-assistenza soċjali, l-introduzzjoni tas-suppliment għal kull tifel u tifla flimkien maċ-children's allowance li bejniethom żdiedu kważi €5 fil-ġimgħa kull wild, titjib sostanzjali fl-Allowance Supplimentari u ż-żieda b'disa' darbet tal-carers' grant lil ġenituri li jieħdu ħsieb tfal b'diżabilità severa. Barra minn hekk, is-sena l-oħra daħal fis-seħħ il-mekkaniżmu biex jitħallas sa massimu ta' €1,200 lil familji bi dħul baxx biex jagħmel tajjeb għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja.

Bħala riżultat tat-titjib u t-twessigħ tas-sistema soċjali, id-dħul disponibbli għal familji li jiddependu fuq l-assistenza soċjali kiber sew.   Hekk, biex nieħdu l-istess eżempju ta' familja b'erba' membri kif sar fir-rapport tal-NAO, naraw li d-dħul ta' dawn it-tip ta' familji, kiber bejn 17 u saħansitra u 87% mill-2012 'l hawn, speċjalment f'dawk il-każi fejn fil-familja jkun hemm persuni b'diżabilità severa jew ibatu minn kundizzjonijiet ta' saħħa, kif jidher f'dit-tabella t'hawn taħt. L-ammonti murija ma jinkludux l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija li huwa varjabbli skont il-konsum u l-valur tal-mediċini b'xejn intitolati għalihom. Ma jinkludix ukoll l-ammont tal-COLA addizzjonali.

KategorijaBenefiċċji 2012

Dħul

2012

Benefiċċji 2023

Dħul

2023

Żieda €Żieda %
Koppja fuq Assistenza Soċjali (2 itfal) taħt is-16-il sena (ma hemmx mard jew diżabilità fil-familja)Assistenza Soċjali, u Children Allowance

€8,984

Assistenza Soċjali, Children Allowance

€10,827

€1,843

17.0

Koppja fuq Assistenza Soċjali (2 itfal ma jaħdmux) fuq is-16-il sena (ma hemmx mard jew diżabilità fil-familja)Assistenza Soċjali, u Allowance Supplimentari

€7,095

Assistenza Soċjali, Allowance Supplimentari

€9,102

€2,007

28.3

Koppja fuq Assistenza Soċjali (2 itfal) taħt is-16-il sena, wild minnhom b'diżabilità

Assistenza Soċjali, Children Allowance u Allowance għal Wild b'Diżabilità

€9,832

Assistenza Soċjali, Children Allowance, Allowance għal Wild b'Diżabilità

€12,387

€2,555

26.0

Koppja fuq Assistenza Soċjali (2 itfal) taħt is-16-il sena u persuna waħda b'mard kronikuAssistenza Soċjali, Assistenza Medika u Children Allowance

€10,195

Assistenza Soċjali, Assistenza Medika, Children Allowance

€12,275

€2,080

20.4

Koppja fuq Assistenza Soċjali (2 itfal) taħt is-16-il sena u żewġ persuni b'mard kroniku

Assistenza Soċjali, Assistenza Medika u Children Allowance

€11,139

Assistenza Soċjali, Assistenza Medika, Children Allowance

€13,929

€2,790

25.1

Koppja fuq Assistenza Soċjali (2 itfal) taħt is-16-il sena, konjuġi wieħed b'mard kroniku u invalidu serjament u l-konjuġi l-ieħor jieħu ħsiebu  

Pensjoni tal-Wens, Assistenza Medika, u Children Allowance

€8,925

Allowance Miżjuda għal Carers, Assistenza Soċjali, Assistenza Medika, Children Allowance

€14,287

€5,362

60.1

Koppja fuq Assistenza Soċjali (2 itfal), wild minnhom taħt is-16-il sena, wild ieħor fuq is-16-il sena b'diżabilità severa

Assistenza Soċjali, Children Allowance u Pensjoni għal Diżabilità

€13,003

Assistenza Soċjali, Children Allowance, Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u Carers Grant

€23,284

€10,281

79.1

Koppja fuq Assistenza Soċjali (2 itfal), (2 itfal fuq is-16-il sena) wild minnhom b'diżabilità severa

Assistenza Soċjali, Allowance Suppplimentari u Pensjoni għal Diżabilità

€12,270

Assistenza Soċjali, Allowance Supplimentari, Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, Carers Grant

€22,972

€10,702

87.2

Ta' min jgħid li fejn ma hemmx mard jew diżabilità fil-familja, jekk wieħed mill-konjuġi jibda jaħdem imqar bil-Paga Minima, minbarra l-paga jkollu dritt għat-tapering tal-benefiċċji u eventwalment l-In-Work Benefit, u jibqa' jieħu ċ-Children's Allowance xorta bl-ogħla rata u anke l-COLA addizzjonali. Fil-każ ta' tfal 'il fuq minn 16-il sena, jekk xi ħadd mill-ulied jibda jaħdem illum, ma jkun hemm ebda tnaqqis fl-assistenza soċjali tal-ġenituri iżda fl-2012 kieku kienu jitnaqqsu €8.15 għal kull wild li jaħdem mill-assistenza soċjali tal-ġenituri.

L-Operat tal-Unit tal-Osservanza tal-Benefiċċji

Fil-kummenti tiegħu dwar l-operat tal-Unit tal-Osservanza tal-Benefiċċji (UOB), ta' min jinnota miżura introdotta fl-2016, fejn kull applikazzjoni ġdida għall-benefiċċji nonkontributorji jiġu vverifikati minn qabel billi legalment jkun skrutinizzat il-profil tal-applikant permezz tal-assistenza tat-Tax Compliance Unit.

Din il-proċedura naqqset ħafna r-riskju li jsiru pagamenti mhux dovuti lil applikanti mhux eliġibbli u sa issa evitat milli jingħataw b'madwar €10 miljun f'benefiċċji mhux dovuti

Barra minn hekk, il-UOB perjodikament jagħmel reviżjonijiet tal-benefiċċjarji nonkontributorji billi jikseb kull informazzjoni possibbli b'mezzi legali li jkollhom id-dipartimenti u l-entitajiet tal-gvern, inklużi Transport Malta u t-Tax Compliance Unit, sabiex jaċċerta l-eliġibbiltà tal-benefiċjarju. Iddaħħlu wkoll policies interni ġodda fl-aħħar snin wara diskussjonijiet ma' stakeholders varji, anke wara li kienu implimentati rakkomandazzjonijiet li l-istess Awditur Ġenerali kien għamel fl-2016.

Fir-rigward tal-kummenti tal-NAO dwar il-banek lokali, huwa importanti li jkun innutat li l-UOB tinsab f'taħditiet avvanzati ma' diversi entitajiet sabiex jinbnew sistemi web-based sabiex l-informazzjoni meħtieġa dwar il-benefiċjarji nonkontributorji tkun disponibbli b'mod immedjat. Minkejja dan, il-verifiki illum xorta qegħdin isiru dwar kull każ.

Fir-rigward tad-dmirijiet tal-ispettorat, huwa importanti li wieħed jiftakar li l-UOB introduċa metodi ġodda ta' investigazzjoni permezz tal-iżvilupp kontinwu ta' mezzi teknoloġiċi waqt li baqa' għaddej b'mezzi oħrajn tradizzjonali ta' investigazzjoni. Spezzjonijiet reattivi għadhom isiru biss għal kull rapport li jkun sar minn terzi persuni dwar allegat abbuż. Barra minn dan iżda isiru investigazzjonijiet oħra proattivi permezz ta' inizjattivi u proċeduri interni (desk-based).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow