Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 1,510 talba għal proċedura ta’ tqala assistita approvati mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun fl-2022

pr230633
Date Icon 02/05/2023

Matul is-sena 2022, l-Awtorità Maltija għall-Protezzjoni tal-Embrijun (EPA) irċeviet ammont rekord ta' applikazzjonijiet għal proċeduri differenti ta' tqala assistita, dan skont ir-rapport annwali tal-istess Awtorità. Fil-fatt, is-sena li għaddiet, l-Awtorità approvat 1,510 talba minn koppji eterosesswali, koppji tal-istess sess u persuni singoli,  li jfisser żieda ta' 68% fuq it-talbiet li saru fl-2021. Il-maġġoranza ta' dawn it-talbiet kienu għal ċikli tal-IVF, ċikli ta' stimulazzjoni tal-oocytes, għal IUIs, għall-użu ta' embrijuni krijopreservati, u għall-krijopreservazzjoni tal-isperma.

Waqt il-preżentazzjoni tar-rapport annwali lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, il-Kap Eżekuttiv tal-EPA Simone Attard spjegat kif mill-274 ċiklu ta' IVF, irriżultaw f'90 tqala. Minnhom, twieldu 32 tarbija, filwaqt li 44 tqala oħra għadhom għaddejjin. B'hekk il-medja tat-take home baby rate fl-2022 ta' 27.74%,  kienet 7.12% ogħla minn dik tal-2021 u 12.30% ogħla minn tal-2020.

Ir-rapport, li se jiġi ppreżentat fil-Parlament, wera wkoll li rriżultaw ħames tqalat minn IUI bl-isperma tal-missier filwaqt li tliet tqalat oħra rriżultaw minn IUI permezz ta' donazzjoni tal-isperma minn terzi. B'kollox fl-2022 ġew approvati 23 donatur tal-isperma barrani għall-użu f' Malta.

Id-Deputat Prim Ministru faħħar il-ħidma għaqlija tal-Awtorità li żdiedet is-sena li għaddiet b'riżultat tal-emendi tal-liġi li daħlu fis-seħħ fl-ewwel mitt jum tal-leġiżlatura l-ġdida tal-gvern. Huwa fakkar kif dawn l-emendi taw l-opportunita lil iżjed individwi jsiru ġenituri permezz tal-estensjoni tal-etá tan-nisa eliġibbli għall-proċessi tal-IVF u l-legalizazzjoni tal-PGTM. Dan flimkien mat-twessigħ tal-intitolament għas-servizz tal-IVF mingħajr ħlas lil persuni li kellhom wild naturali u li qed jesperjenzaw infertilità kif ukoll persuni li diġa kellhom wild permezz tal-IVF sabiex ikollhom l-opportunità li jkollhom it-tieni wild. Fil-fatt permezz tal-emendi tal-2022 u kif ukoll l-emendi tal 2018, l-Awtorità rċeviet 316-il applikazzjoni għall-fertilizazzjoni addizzjonali.

Id-Deputat Prim Ministru ħa l-opportunità sabiex mill-ġdid feraħ lill-ġenituri tal-477 tarbija li twieldu mis-servizz tal-IVF b'xejn tal-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei mill-2013 'l hawn filwaqt li rrijafferma l-impenn tal-gvern f' dan il-qasam.

Tista' taċċessa r-rapport sħiħ tal-awtoritá hawn: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/epa/Documents/publications/annual-reports/Annual_Report_2022.pdf.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 1,510 talba għal proċedura ta’ tqala assistita approvati mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun fl-2022
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow