Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien - Tiġdid fil-Liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

pr230617
Date Icon 28/04/2023

Titnieda White Paper għall-Konsultazzjoni Pubblika

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi nieda konsultazzjoni pubblika dwar White Paper li qed tipproponi tiġdid tal-Liġi tal-Awtorità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Huwa fisser il-prinċipji li fuqhom tfasslet din il-White Paper u l-għanijiet li għalihom trid issir din il-bidla fl-OHSA.

Il-ministru appella għal diskussjoni wiesgħa dwar il-White Paper biex il-liġi l-ġdida tkun tirrifletti ir-realtajiet tal-lum fid-dinja tax-xogħol u twassal biex jissaħħaħ il-qasam leġislattiv u t-tħaddim tiegħu. Huwa tenna li wara li l-liġi preżenti ilha fis-seħħ għoxrin sena kien hemm il-bżonn li ssir analiżi ta' kif ħadmet l-awtorità sa mit-twaqqif tagħha u tiġi mġedda.

Huwa spjega li  qed ikun propost li l-Att il-ġdid jirristruttura l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol bil-ħolqien ta' Bord Governattiv li se jkun responsabbli biex jiżgura li l-Eżekuttiv imexxi l-amministrazzjoni tiegħu b'livell għoli ta' governanza. Huwa kompla li se jkun hemm ukoll Eżekuttiv tas-saħħa u s-sigurtà li jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att. L-Awtorità se jkollha wkoll Kunsill tas-Saħħa u s-Sigurtà li se jagħti vuċi aktar b'saħħitha lill-imsieħba soċjali li għandhom jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi fisser ukoll li qed jiġi propost li l-liġi tipprovdi għat-twaqqif ta' strumenti amministrattivi  ġodda li ser jgħinu lill-Awtorità tkun aktar effettiva u effiċjenti fl-infurzar tagħha. Il-White Paper tipproponi wkoll żidiet fil-penali amministrattivi li tkun tista' timponi l-Awtorità.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol Dr Mark Gauci ta spjegazzjoni ta' provedimenti ġodda fil-liġi fosthom it-twaqqif ta' Tribunal Amministrattiv li quddiemu jinstemgħu każi fejn tkun inħarġet piena amministrattiva u b'hekk jonqsu proċeduri quddiem il-qorti tal-maġistrati.

Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper tibqa miftuħa sad-9 ta' Ġunju li ġej. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn https://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/2023/L-0009-2023.aspx.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien - Tiġdid fil-Liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien - Tiġdid fil-Liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow